STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
L-unika interess tal-Oppożizzjoni hu li timmina l-proċess ta’ ristrutturazzjoni
L-unika interess tal-Oppożizzjoni hu li timmina l-proċess ta’ ristrutturazzjoni tal-Air Malta. Dan joħroġ ċar bil-kummenti negattivi kontinwi tal-Oppożizzjoni li minflok tressaq proposti kostruttivi b’rabta mar-riformi meħtieġa biex il-linja tal-ajru tingħata futur vijabbli tibqa’ tagħżel li tixħet dubji fuq dan l-istess proċess.
Kif spjegat lill-istess Kumitat ta’ Ristrutturar, u ripetut fi stqarrija ppubblikata lbieraħ, wara l-prezentazzjoni li saret minn Erst & Young lill-Kumitat, dawn intalbu jressqu tibdiliet fundamentali fil-proposti tagħhom. Dan ix-xogħol jinsab għaddej fil-preżent. Għalhekk huwa tal-iskantament kif f’mument daqstant delikat, il-Kap tal-Oppożizzjoni jibqa’ jgħaddi kummenti li jistgħu jimminaw il-proċess ta’ ristrutturazzjoni.
Bl-istess mod, huwa ta’ għajb li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jikkritika l-fatt li l-Gvern talab li tkun imħarsa l-kunfidenzjalità ta’ dak li qed jiġi diskuss. Dan juri li Joseph Muscat ma jiddejjaq xejn li l-kompetituri tal-Air Malta jkunu jafu bl-istrateġija tal-linja tal-ajru ta’ pajjiżna.
Il-Gvern itenni l-appell tiegħu biex kulhadd jibqa’ jirispetta l-proċess li qiegħed isir biex l-Air Malta tkun fuq saqajha u tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku partikolarment fis-settur tat-turiżmu u l-kummerċ ma’ barra. Jekk ifalli l-process, ikun hemm konsegwenzi negattivi mhux biss għall-ħaddiema tal-linja tal-ajru u l-familji tagħhom iżda wkoll għal dawk kollha li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu f’pajjiżna. Bil-kummenti tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jinjora kompletament dawn ir-realtajiet u qed juri li l-prezenza tal-Oppozizzjoni fuq il-Kumitat hi biss superficjali.
Huwa ta’ ħasra li flok ressqet xi proposti konkreti, l-Oppożizzjoni tibqa’ tilgħab għall-gallarija b’opportunizmu politiku li ma jharisx genwinament l-interessi tal-kumpanija u tal-pajjiz li ghandu bzonn kumpanija b’sahhitha ghas-servizz tal-poplu Malti. Bl-agir taghha l-Oppozizzjoni qed taghmel hsara lill-Air Malta, lill-haddiema u lill-pajjiz.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003