Left arrow Go Back

INVESTIMENT U IMPJIEGI FIL-KOTTONERA

pr0451
Date Icon 08/03/2011

“Il-Gvern għandu għal qalbu il-Kottonera u dan jissarraf fi proġetti kapitali privati kif ukoll pubbliċi li flimkien jinsġu ambjent iżjed b’saħħtu u li jtejbu il-kwalita’ tal-ħajja fil-Kottonera.  Dan jissarraf fil-ħolqien ta’ iżjed impjiegi u ġenerazzjoni ta’ ġid”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi waqt żara tax-xogħlijiet li għadejjin mill-konsorzju Port Cottonera li qed imexxi l-kostruzzjoni ta’ lukanda ta’ lussu kif ukoll ir-restawr ta’ żewġ palazzi Barokki tas-Seklu 17. 

Jason Azzopardi qal li dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ din l-iprem żona ta’ pajjiżna, jixhed fiduċja mill-privat, li ser tissarraf fil-ħolqien ta’ iżjed impjiegi.  Is-Segretarju Parlamentari qal li huwa ippjanat li il-lukanda waħeda ser tibda tħaddem madwar 100 persuna, li jiżdiedu mal-180 persuna li jaħdmu fil-Casino bħalissa.  40 ħaddiem ieħor bħalissa huma involuti fuq il-kostruzzjoni tal-lukanda u r-restawr tal-Palazzi tal-Ordni.

Waqt iż-żjara, is-Segretarju Parlamentari iddawwar mas-sit tal-kostruzzjoni, filwaqt li ġie muri il-pjanijiet tal-proġett kif huwa maħsub li jiġi.  Il-lukanda lussuża, ser tkun ta’ 100 kamra, u ser tkun kompluta bis-servizzi u l-faċilitajiet kollha marbuta mas-settur tal-ospitalita’.  Id-disinn tal-faċċata tal-lukanda huwa wieħed li jikkumplimenta iżjed milli jikkompeti mal-linearita tal-palazzi l-oħrajn tax-Xatt.  Għal dan l-għan, qed jintużaw materjali tradizzjonali bħall-ġebla Maltija u aperturi tal-injam biex jikkumplimentaw l-istil.

Jason Azzopardi intwera ukoll il-palazzi li qed jiġu restawrati.   Il-Palazz tal-Kaptan tax-Xwieni, u r-residenza tiegħu li jmorru lura ghas-Seklu 17, ġarrbu ħsarat fit-Tieni Gwerra Dinjija, u spiċċaw fi stat ta’ abbandun għal diversi snin.  Dawn il-palazzi qed jiġu restawrati skond l-aqwa prattiċi tas-sengħa, b’mod li jiġi rispettat il-wirt li huma jirrappreżentaw, filwaqt li jaqdu l-funzjoni ta’ lukanda lussuża kontemporanja, f’żona ta’ livell għoli.

Bejn dawn iż-żewġ palazzi, qed jiġi mibni mill-ġdid taraġ li sat-Tieni Gwerra Dinjija kien jgħaqqad ix-xatt tal-Birgu ma’ Triq San Lawrenz li tagħti għaċ-ċentru tal-lokalita’.  Dan it-taraġ qed jerġa jinbena biex jagħti lir-residenti tal-Birgu arterja importanti għal-lokalita tagħhom.  Dan jixhed l-impenn sensittiv għad-dimensjoni soċjali tal-proġett. 

Intant Jason Azzopardi innota kif il-proġett huwa maħsub li ser jiswa €18-il miljun li fl-ewwel sitt xhur tal-iżvilupp diġa intefqu minnhom €4 miljun.  Il-proġett għandu jitlesta sa Ottubru tal-2013.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow