Left arrow Go Back

MAĦTURA KUMMISSARJU GĦALL-PROMOZZJONI TAL-UGWALJANZA

pr0450
Date Icon 08/03/2011

Is-Sinjura Maud Joan Muscat hi l-Kummissarju l-ġdid tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza. Il-ħatra tagħha saret mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, u hi għal perjodu sa Ġunju 2012.

Maud Muscat inħatret flok Dr. Romina Bartolo li kienet Kummissarju iżda irriżenjat biex tieħu kariga oħra fl-istess Kummissjoni.

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza għandha d-dover li taħdem favur l-ugwaljanza bejn is-sessi fosthom billi tfassal politika relatata ma’ dan il-qasam, tidentifika fejn ikun hemm persuni żvantaġġjati minħabba s-sess tagħhom u tipproponi miżuri biex din id-diskriminazzjoni titneħħa, tiġġieled kontra l-fastidju sesswali fuq il-postijiet tax-xogħol, tinvestiga każi fejn ikun hemm allegazzjonijiet ta’ ksur tal-Liġi dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa u toffri rimedji u tipproponi inizjattivi li jġibu ‘l quddiem l-ugwaljanza bejn is-sessi.  Il-Kummissjoni hi responsabbli wkoll li tassigura li jkun hemm ugwaljanza bejn is-sessi għal dak li hu aċċess u provvista ta’ prodotti u servizzi u taħdem biex ikun hemm trattament ugwali fuq bażi ta’ razza u oriġini etnika.

Maud Muscat hi ggradwata mill-Università ta’ Malta u għandha Baċellerat fix-Xjenza u ieħor fl-Arti u Masters fl-Edukazzjoni barra li tħarrġet bħala għalliema fil-Mater Admirabilis Training College.  Għallmet f’diversi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja u kkoordinat is-Servizz tal-Counselling fl-Iskejjel tal-Knisja. Kienet ukoll lecturer tal-PSD fl-Università ta’ Malta. Hi wkoll serviet fuq diversi Boards kemm governattivi kif ukoll ta’ Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, ippublikat diversi papers u pparteċipat f’konferenza nazzjonali u internazzjonali u tikkontribwixxi wkoll fi programmi fuq ir-radju.

Il-membri l-oħra tal-Kummissjoni huma Dr. Mariosa Vella Cardona, Dr. Monica Galea, Mario Mallia, Andrea Dibben, Mary Galea Debono u Dr. Vanni Xuereb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow