STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
Il-Gvern jappella li kulħadd jibqa’ jirrispetta l-proċess li qiegħed isir biex l-AirMalta tkun fuq saqajha
Il-Kumitat dwar ir-Ristrutturar tal-AirMalta għadu ma ntalabx japprova l-pjan li jrid imur għand il-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk il-pożizzjoni li ħadet il-General Workers’ Union tistona ħafna fid-dawl tad-diskussjonijiet li qed isiru fi ħdan dan il-Kumitat.
Wara li sar ir-review estensiv minn Ernst & Young, il-pjan tpoġġa quddiem il-Kumitat biex dan ikun jista’ jiġi kkunsidrat. Dawk kollha li qegħdin membri f’dan il-Kumitat intalbu jaraw ir-rapport bil-għan li jagħtu l-pożizzjoni tagħhom dwar dak li qed jiġi propost.
Il-GWU taf ukoll li wara l-preżentazzjoni li saret minn Ernst & Young lill-Kumitat, dawn intalbu jagħmlu tibdiliet fundamentali li bħalissa qed isir fix-xogħol tagħhom. Għalhekk ħadd ma għandu jippreġudika x-xogħol li għaddej bħalissa.
Il-Gvern jappella biex kulħadd jibqa’ jirispetta l-proċess li qed isir biex l-AirMalta tkun fuq saqajha u tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku partikolarment fis-settur tat-turiżmu u l-kummerċ ma’ barra. Jekk ifalli l-proċess, ikun hemm konsegwenzi negattivi. Il-Gvern qiegħed jaħdem biex l-AirMalta taqbad it-triq tal-viabilità. Dan hu proċess sensittiv u l-Gvern ma jistax jabdika mir-responsabilità li jressaq pjan lill-Kummissjoni.
Il-Gvern itenni li hu fl-interess tal-kumpanija u ta’ pajjiżna li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità ta’ dak li jiġi diskuss waqt il-laqgħat u tar-rapporti li jsiru u jiġu preżentati. Dan biex jiġu protetti l-interessi tal-kumpanija u tal-ħaddiema tagħha. Il-kompetizzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni hi qalila ħafna u għalhekk l-insistenza tal-Oppożizzjoni li ma tridx tirrispetta l-kunfidenzjalita’ turi li ma jinteressaħiex mill-interess nazzjonali. Ikun ta’ ħsara għal pajjiżna, għal-linja tal-ajru u għall-ħaddiema li toħroġ informazzjoni li tasal għand kompetituri tal-AirMalta, kif trid l-Oppożizzjoni.
Għaldaqstant il-Gvern japella għal ħafna aktar prudenza.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003