STQARRIJA TAL-GVERN
Kampanja ta’ gideb mill-media tal-Oppożizzjoni li tagħmel ħsara lil pajjiżna ... il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jwaqqafha
Il-gazzetta tal-Oppożizzjoni “Kullħadd” terġa’ tirrikorri għal aktar gideb.
Il-Gvern jiċħad bil-qawwa kollha l-artiklu pubblikat illum bit-titlu “Nutar bejn Gonzi u Gaddafi”. Din hi gidba oħra tal-Oppożizzjoni Laburista li qed tuża l-media tagħha biex b’mod regolari tivvinta diversi qlajjiet u gideb.
Filwaqt li l-Gvern qed jimxi b’mod responsabbli f’dawn iż-żminijiet diffiċli u sensittivi li l-effett tal-kriżi fil-Libja jġibu fuq pajjiżna, l-Oppożizzjoni hi mheddija li tippubblika artikli li jkunu miżgħuda bi qlajjiet u gideb.
Il-Gvern jistenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat ma jkomplix iħalli lill-media tal-Oppożizzjoni tisserjalizza stejjer li ma jkunux minnhom.
L-Oppożizzjoni f’dan il-mument delikat, b’dawn ir-rapporti u bl-azzjonijiet tagħha, qed tagħmel ħsara lill-poplu u lil pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003