Left arrow Go Back

AVVANZAT IX-XOGĦOL FUQ BIRD PARK LI QED ISIR B’GĦAJNUNA MINN FONDI EWROPEJ U NAZZJONALI

pr0418
Date Icon 03/03/2011

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, akkumpanjat mill-Assistent Parlamentari Philip Mifsud żar ix-xogħol fuq Bird Park fl-inħawi tas-Salini. Dan il-Park qed isir b’investiment ta’ €380,000 li minnhom €190,000 ġejjin minn fondi Ewropej u Nazzjoniali.  

Il-Proġett tal-Bird Park għandu l-għan li jkabbar u jtejjeb kollezzjoni privata eżistenti ta’ għasafar u riżerva naturali f’park b’tema naturali orjentat lejn viżitaturi lokali kif ukoll barranin. Dan il-park immexxi b’mod privat ser jgħin biex jiddiversifika u jkabbar il-prodott turistiku ta’ Malta. Il-park ser iservi wkoll bħala post edukattiv li jenfasizza s-sbuħija tal-bijodiversità, il-bżonn tal-konservazzjoni u l-valur tal-wirt naturali ta’ Malta.

Il-Ministru Pullicino fakkar kif dan il-proġett jifforma parti minn investiment qawwi ta’ €33 miljun minn fondi Ewropej f’proġetti b’rabta mal-agroturiżmu, konservazzjoni u titjib tal-wirt rurali tal-pajsaġġ Malti. Dawn il-proġetti qed jiġu ko-finanzjati taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Izvilupp Rurali permezz tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013. Il-proġetti ffinanzjati permezz ta’ din l-għajnuna se jgħinu sabiex isir titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-familji fiż-żoni rurali. Din l-għajnuna tikkumplimenta żvilupp sostenibbli u użu effiċjenti tar-riżorsi li jinsabu f’dawn iz-żoni rurali biex b’hekk jiġi żviluppat il-prodott turistiku f’dawn iż-żoni.

B’ kollox huma 22 lokalità li qed jibbenifikaw minn dawn il-fondi  fejn diversi proġetti sejrin iwasslu sabiex issir konservazzjoni u t-titjib tal-wirt naturali kif ukoll dak kulturali li jinsab f’żoni rurali madwar Malta u Għawdex. L-għan ta’ din il-miżura hu li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali billi jiġi ppreservat u żviluppat il-pajsaġġ rurali tal-gżejjer Maltin. Permezz tal-għajnuna mogħtija mill-Pjan għal-iżvillupp Rurali jkun possibbli jsir investiment għall-konservazzjoni, restawr u titjib tal-wirt naturali u kulturali, li jagħmlu parti mill-wirt nazzjonali.

Dan l-iżvilupp tal-Bird Park qed jikkumplimenta l-ambjent naturali u l-bijodiversità ta’ pajjiżna, kif ukoll jikkontribwixxi soċjalment billi jipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ tagħlim u tagħrif lil studenti, familji u turisti li jżuru dan il-post.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow