Left arrow Go Back

STQARRIJA: RAPPURTAĠĠ MIMLI GIDEB MILL-ORIZZONT LI JAGĦMEL ĦSARA LILL-INTERESS NAZZJONALI

pr0417
Date Icon 03/03/2011

Fl-aħħar jiem, inkluż illum, il-ġurnal l-Orizzont għażel li jimbarka fuq rappurtaġġ spekulattiv, mimli gideb dwar “deċiżjonijiet” li suppost qed jittieħdu f’Malta dwar il-kriżi fil-Libja.

Illum l-Orizzont ivvinta li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ngħata ultimatum biex il-Gvern jibgħat iż-żewġ Mirages li daħlu Malta.  L-Orizzont ivvinta wkoll li qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Gvern Malti.  Dawn gideb tal-Orizzont.

L-Orizzont qala’ minn żniedu li l-Gvern qed jikkonsidra li jagħlaq u jimblokka r-runways fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.  L-artiklu tal-Orizzont miżgħud b’gideb, b’mod mill-aktar qarrieqi jivvinta li għandu sorsi f’Kastilja. 

Il-bieraħ l-Orizzont biex jagħti raġun lilu nnifsu vvinta li sar imblokk tal-ajruport bi prova.  Gidba oħra.

Data

Rappurtaġġ giddieb

It-Tlieta 1 ta’ Marzu

Twissija dwar ajruplani mhux awtorizzati - Se nagħlqu r-runways?

Gidba

L-Erbgħa 2 ta’ Marzu

Imblokk bi prova

Gidba

Il-Ħamis 3 ta’ Marzu

It-talba tal-Gvern Libjan biex jingħataw lura l-Mirages – Skada ż-Żmien?

Gidba

Dan ir-rappurtaġġ giddieb, hu kundannabbli għaliex joħloq tħassib għal xejn b’xejn fost il-pubbliku.   L-interess nazzjonali jitlob li jkun hemm ġurnalizmu responsabbli li jwassal il-verità u mhux jivvinta l-istejjer bl-addoċċ. 

L-Orizzont għażel li jagħmel ħsara lil pajjiżna u ħsara lill-poplu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow