Left arrow Go Back

RIŻULTATI POŻITTIVI GĦAT-TURIŻMU FL-EWWEL XAHAR TAS-SENA

pr0403
Date Icon 01/03/2011

Fl-ewwel xahar ta’ din is-sena, pajjiżna kellu total ta’ 64,853 turist, li jfisser żieda ta’ 14% fin-numru ta’ turisti li żaru Malta matul Jannar. In-nefqa ta’ dawn it-turisti żdiedet bi 15% fuq Jannar tas-sena li għaddiet għal total ta’ €48.8 miljun, filwaqt li n-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’pajjiżna żdied b’16% għal total ta’ 500,134 lejl.

Dawn ir-riżultati huma frott il-ħidma tal-Gvern, l-MTA u l-istakeholders li lkoll qed jinvestu fil-prodott turistiku u l-promozzjoni ta’ pajjiżna. Il-Gvern qed jistinka wkoll biex itejjeb l-aċċessiblità ta’ pajjiżna li qed tissarraf f’żieda fin-numru ta’ turisti kemm minn swieq eżistenti kif ukoll minn swieq ġodda.

Matul l-2010 u l-2011 l-aċċessibilità żdiedet permezz ta’ rotot ġodda lejn l-Italja, Franza, Spanja, ir-Renju Unit, id-Danimarka, il-Polonja u l-pajjiżi Skandinavi. Fost is-swieq li rreġistraw żieda sostanzjali, f’Jannar, kellna żieda sostanzjali fin-numru ta’ turisti minn Franza li żdiedu b’72.3% u mis-suq Taljan li żdied b’ 19.8%.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow