Left arrow Go Back

L-ONOR. CLYDE PULI, JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-EDUKAZZJONI TAL-UE

pr0271
Date Icon 14/02/2011

L-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, attenda laqgħa tal-Ministri tal-UE tal-Edukazzjoni fi Brussell li matulha kien diskuss l-Istħarrig Annwali dwar it-Tkabbir. Fl-istess laqgħa ġiet ippreżentata inizjattiva ewlenija - An Agenda for New Skills and Jobs: a European contribution towards full employment - li hija mmirata biex tgħin l-Istati Membri biex jilħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 permezz tal-ħolqien ta' impjiegi għal kulħadd. 

Flimkien mal-inizzjattiva Youth on the Move, din l-inizzjattiva ġdida tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal-impjegabbiltà tul is-snin permezz tal-edukazzjoni u taħriġ. L-inizzjattiva An Agenda for New Skills and Jobs tħares b'mod partikolari lejn il-bżonn li aktar persuni jkollhom tagħlim formali f'kompetenzi bażiċi. Id-dokument iħares ukoll lejn il-bżonn ta' studju kontinwu tal-ħiliet li se jkun jirrekjedi s-suq tax-xogħol matul is-snin li ġejjin.  L-inizzjattiva tħares ukoll lejn il-ħiliet tal-ħaddiema li jridu kontinwament jitjiebu sabiex jingħelbu l-isfidi tas-suq tax-xogħol u b'hekk l-ekonomija Ewropea tkun aktar kompetittiva u sostenibbli. Għalhekk din il-politika għandha l-għan li tgħin lill-pajjiżi membri sabiex joħolqu metodi ġodda u effettivi li janaliżżaw il-ħiliet li se jkun hemm bżonn fl-ekonomija matul is-snin kif ukoll jinħolqu strutturi ta' edukazzjoni u taħriġ matul il-ħajja.

Matul id-diskors tiegħu l-Onor. Puli sostna li l-Gvern Malti, permezz tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma, qiegħed jenfasizza l-ħtieġa għal edukazzjoni u taħriġ tul il-ħajja sabiex mhux biss iħares l-impjieġi iżda aktar minn hekk iħares l-impjegabbiltà tal-ħaddiema tiegħu.

Hu sostna li din l-inizjattiva għandha tgħin sabiex il-pajjiżi membri tal-UE jantiċipaw l-isfidi ġodda u għalhekk ikollhom ħaddiema mħarrġa skont ix-xejriet tal-ekonomija u tas-suq.

Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li din l-inizjattiva se tkun għodda essenzjali tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi li qed taħdem biex tinvesti aktar fil-ħiliet tal-ħaddiema biex jinħoloq aktar xogħol u xogħol aħjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow