Left arrow Go Back

REVIŻJONI TAR-REĠISTRU ELETTORALI GĦALL-ELEZZJONIJIET ĠENERALI

pr0265
Date Icon 14/02/2011

Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jgħarraf illi d-data tal-għeluq għar-Reġistru Elettorali għall-Elezzjonijiet Ġenerali, rivedut, li jmissu jkun ippubblikat f'April, hija l-31 ta Marzu, 2011.

Il-persuni kollha ta' nazzjonalita' Maltija li għandhom 18-il sena u fuqhom u li isimhom ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f'Ottubru 2010, u li għadhom ma applikawx għar-reġistrazzjoni bħala votanti, għandhom japplikaw kemm-il darba jkollhom il-kwalifiki neċessarji.  Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mill-Għases tal-Pulizija, mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u mill-Uffiċċju Elettorali f'Malta u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita' f'Għawdex.  Dawn il-formoli jistgħu jitniżżlu wkoll mill-website - www.electoral.gov.mt

Huwa fl-interess tal-votanti reġistrati li jivverifikaw li l-partikolaritajiet personali tagħhom, kif jidhru fir-Reġistru Elettorali ta' Ottubru 2010, huma korretti. Għandhom ukoll jaraw li l-isem jew in-numru tad-dar, l-isem tat-triq, kif ukoll in-numru tal-karta tal-identita' tagħhom, jidhru sewwa fl-imsemmi Reġistru.  Il-votanti reġistrati għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju Elettorali b'kull tibdil/korrezzjoni li jkunu meħtieġa.

Għall-konvenjenza ta' dawk li jixtiequ japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew għal tibdil/korrezzjoni fir-Reġistru Elettorali, l-Uffiċċju Elettorali jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.30 a.m. sas- 2.00 pm., l-Erbgħa, mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m., u s-Sibt, mis-7.30 a.m. sal-10.30 a.m.

L-istess faċilitajiet jingħataw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita' fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

L-applikazzjonijiet kollha jistgħu jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, li qiegħed f'Evans Building, Misraħ Sant'Iermu, l-Belt Valletta, fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita', 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, JEW jingħataw lil xi Uffiċjal tal-Pulizija f'xi waħda mill-Għases tal-Pulizija f'Malta u f'Għawdex JEW jintbagħtu lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali bil-posta, MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA' MARZU, 2011.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow