Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0264
Date Icon 13/02/2011

L-unika ghazla tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat ghall-Air Malta hija dik li kollox jibqa’ kif inhu biex jidher tajjeb ma’ kulhadd.  B’dan l-agir, lest jipperikola l-futur tal-linja tal-ajru nazzjonali.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni jaf, ghax l-Oppozizzjoni qed tippartecipa fid-diskussjoni u vvotat favur is-self  mehtieg mill-AirMalta, li dan l-istess self huwa b’kundizzjoni għall-approvazzjoni, fi żmien sitt xhur, mill-Kummissjoni Ewropea, ta’ pjan ta’ ristrutturar għall-kumpanija. B’dan il-pjan, il-kumpanija trid turi li l-futur tagħha hu vijabbli. Jekk ma jkunx approvat dan il-pjan, l-għajnuna ma tiġix approvata u pajjiżna jispiċċa mingħajr linja tal-ajru.

Ghalhekk huwa tal-iskantament kif fl-istess hin huwa jsostni li l-linja tal-ajru ghandha zzomm kollox l-istess kif inhu llum u ma taghmel l-ebda tibdil. Loghob ghall-gallarija, b’opportunizmu politiku li ma jharisx genwinament l-interessi tal-kumpanija u tal-pajjiz li ghandu bzonn kumpanija b’sahhitha ghas-servizz tal-poplu Malti, ghat-tishih tal-industrija tat-turizmu u l-impjiegi fit-turizmu; u biex tkun linja li tagħti servizz lill-investituri u lill-operaturi tan-negozju u l-kummerċ li juzaw l-AirMalta ghat-tishih tan-negozju taghhom u biex joholqu x-xoghol f’pajjizna.

Konvenjentement, jinjora r-realtaijiet tas-settur tal-avjazzjoni llum b’kompetizzjoni qawwija aktar minn qatt qabel fosthom bl-introduzzjoni tal-low cost airlines u bi sfidi dejjem akbar fil-prezz internazzjonali taz-zejt. 

Il-hidma tal-Gvern se tibqa dik li jasal ghal dawk id-deċiżjonijiet mehtiega biex il-pjan jaghti vijabilita’ lill-kumpanija. Dan hu Gvern li dejjem wera u juri sensitivita ghar-realtajiet tal-haddiema u tal-familji taghhom. F’dan il-kuntest, il-Gvern qed jiddiskuti mal-Unions temi specifici li jikkoncernaw lill-Unions differenti, biex eventwalment ikun jista’ jitressaq il-pjan ta’ ristrutturar quddiem il-Kumitat ghar-Ristrutturar.  Dan hu l-mod kif gew mifthemha li jimxi l-process, izda Joseph Muscat jrid jinjora dak li l-Gvern ftiehem dwaru.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni sostna li r-rapprezentanti tal-Oppozizzjoni fuq il-Kumitat ghar-ristrutturar qalulu li d-dettalji li qed jigu diskussi mal-Unions ma ttellghux fuq livell ta’ Kumitat. Sfortunatament, jidher li ma nfurmawhx li dan l-istess Kumitat qabel li kull diskussjoni dwar aspetti li jolqtu l-ħaddiema kellhom l-ewwel jiġu diskussi mal-Unions rispettivi qabel ma dawn jigu diskussi mill-istess Kumitat. B’arroganza l-Kap tal-Oppozizzjoni jippretendi li l-qbil li kien hemm mal-Unions u mal-Kumitat jigi njorat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow