STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT Stqarrija dwar l-AirMalta b’Reazzjoni għall-Istqarrija tal-Oppożizzjoni
Il-Gvern ifakkar lill-Oppożizzjoni li kien hemm qbil fuq l-istess Kumitat għar-Ristrutturar tal-Airmalta, li kull diskussjoni dwar aspetti li jolqtu il-ħaddiema kellhom l-ewwel jiġu diskussi mal-Unions rispettivi qabel ma dawn jigu diskussi mill-istess Kumitat. Għall-konvenjenza politika, l-Oppożizzjoni qed tipprova tinjora li kien hemm dan il-qbil.
Il-Gvern hu komess li jirispetta dan il-ftehim li tant insistew fuqu l-istess unions.
Fil-laqgħat rispettivi, l-esperti mqabbda preżentaw l-aspetti differenti tal-pjan propost u l-aspetti tiegħu, inkluż id-diversi sfidi li l-kumpanija għandha quddiemha biex tkun vijabbli.
Il-Kummissjoni Ewropea approvat self ta' €52miljun mill-Gvern għall-AirMalta. Madankollu dan is-self huwa b'kundizzjoni għall-approvazzjoni, fi żmien sitt xhur, mill-istess Kummissjoni, ta' pjan ta' ristrutturar għall-kumpanija. B'dan il-pjan, il-kumpanija trid turi li l-futur tagħha hu vijabbli. Jekk ma jkunx approvat dan il-pjan, l-għajnuna ma tiġix approvata u pajjiżna jispiċċa mingħajr linja tal-ajru.
Il-Gvern jifhem li ser ikun hemm deċiżjonijiet importanti u difficli li jridu jittieħdu biex il-pjan jaghti vijabilita' lill-kumpanija. Dan hu Gvern li dejjem wera u juri sensitivita ghar-realtajiet tal-haddiema u tal-familji taghhom. L-ammont ta' ħaddiema mal-kumpanija jridu jirriflettu l-htigijiet operattivi tal-AirMalta, li llum qed tiffaċċja kompetizzjoni qawwija aktar minn qatt qabel u qed tiffaccja l-isfida taz-zieda fil-prezz internazzjonali taz-zejt. Il-Gvern wera u jibqa' juri disponabilita li f'kuntest ta' ftehim maqbul mal-imsiehba fil-process, iwettaq pjan biex il-linja nazzjonali ikollha futur vijabli. Kif ghamel fi procesi precedenti joffri numru ta' soluzzjonijiet ta' kif kull deċizjoni li tittieħed, issir bl-anqas impatt socjali possibbli.
Filwaqt li l-Gvern qed jaħdem biex jiggarantixxi l-futur tal-linja tal-ajru, u qed jiddiskuti t-temi rilevanti mal-imsieħba kkonċernati, l-Oppożizzjoni qed tirkeb fuq spekulazzjonijiet fil-mezzi tax-xandir biex tipprova tikseb gwadann politiku mis-sitwazzjoni, bla interess għar-riperkussjonijiet li dan jista' jkollu fuq il-proċess innifsu.
Il-Gvern irid kumpanija nazzjonali tal-ajru b'sahhitha, kompetittiva u li tilqa' tajjeb għal kompetizzjoni. Dan biex taghti servizz lill-poplu Malti, issaħħaħ l-industrija tat-turizmu u l-impjiegi fit-turizmu; u tkun linja li tagħti servizz lill-investituri u lill-operaturi tan-negozju u l-kummerċ li juzaw l-AirMalta ghat-tishih tan-negozju taghhom u biex joholqu x-xoghol f'pajjizna.
Minkejja x-xkiel tal-Oppozizzjoni, il-Gvern se jibqa' jahdem fl-interess nazzjonali.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003