IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN JIKTEB LILL-KE RIGWARD L-IŻVILUPPI REĊENTI FIL-FL-AFRIKA TA’ FUQ
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, kiteb lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-Kummissarju responsabbli mill-Intern, Cecilia Malmström, dwar is-sitwazzjoni preokkupanti li żviluppat fl-aħħar jiem fl-Afrika ta' Fuq fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali.
Fl-ittra tiegħu il-Ministru Mifsud Bonnici qal li Malta qed issegwi mill-qrib l-aħħar wasliet ta' immigranti fi Sqallija u Lampedusa li seħħew f'dawn il-jiem. Hu għalhekk jappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Ministru tal-Intern Taljan, Roberto Maroni, sabiex is-sitwazzjoni fl-Afrika ta' Fuq u l-effett tagħha fuq l-immigrazzjoni titqiegħed fuq l-aġenda għad-diskussjoni fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Intern skedata għal aktar tard dan ix-xahar.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003