Left arrow Go Back

2131 FAMILJA JGAWDU MINN TNAQQIS MIT-TAXXA GĦAX JIBAGĦTU T-TFAL F’CHILDCARE CENTRES

pr0220
Date Icon 07/02/2011

Matul l-aħħar sentejn, 2131 taxpayer gawdew minn tnaqqis fit-taxxa tad-dħul sa €1,000 b'rabta mal-ispejjez biex jibagħtu lill-uliedhom f'child care centre. Filfatt, kien hemm 913 benefiċjarji fl-2008 u 1,218 fl-2010.

Din l-iskema kienet introdotta mill-Gvern fil-baġit biex aktar familji jkunu jistgħu jsibu bilanċ xieraq bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja. Dan huwa wkoll benefiċċju li jsaħħaħ il-politika tal-Gvern biex aktar persuni, speċjalment nisa, jidħlu u jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.

Din l-iskema tappoġġja wkoll il-benefiċċju ta' sena bla taxxa għal dawk in-nisa li jibqgħu jaħdmu wara li jkollhom tarbija. Is-sena l-oħra kien hemm 3,020 mara li daħlu lura għax-xogħol u gawdew minn l-iskema ta' sena bla taxxa, kif ukoll 166 mara li gawdew mill-iskema li jidħlu lura għax-xogħol wara nuqqas ta' ħames snin. Dan ifisser li b'kollox, 7,521 omm jew mara ingħataw tnaqqis fl-income tax għaliex daħlu lura f'impjieg jew baqgħu f'impjieg. Huma gawdew bejniethom €7.4 miljun.

F'dawn l-aħħar snin sar investiment qawwi mill-Gvern fil-qasam taċ-Child Care Centres.  Fl-2008 infetħu ċentri ġodda fil-Għargħur, Raħal Ġdid u Ħal Luqa.  Fl-2009 infetaħ ċentru ieħor fil-Qawra u fl-MCAST. Is-sena li għaddiet infetħu ċentri f'Bormla, is-Siġġiewi u Pembroke u għal din is-sena se jinfetħu żewġ ċentri oħra fil-Floriana u Santa Venera.

Barra minn dan il-Malta Enterprise fetħet ċentru ta' Child Care f'Bulebel, filwaqt li qed taħdem biex tiftaħ oħrajn f'Ħal Far, Kordin, il-Mosta, u x-Xewkija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow