Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAD-DEPUTAT LABURISTA LEO BRINCAT Il-Power Station ta’ Delimara mhix se tipproduci skart tossiku.

pr0217
Date Icon 05/02/2011

Il-Power Station ta' Delimara mhix se tipproduci skart tossiku.  Dan l-Oppozizzjoni tafu, izda tibqa' tgħodos fil-qlajjiet biex tagħmel il-bsaten fir-ritratti u tallarma lin-nies bi qlajjiet foloz.

It-teknoloġija li se tintuża fl-estensjoni tal-Power Station, flimkien mat-teknoloġija għall-qbid tal-iskart hija skont standards Ewropej.

Il-Gvern huwa impenjat li jwettaq investiment li jtejjeb il-kwalità tal-arja fl-interess tas-saħħa tal-poplu Malti. Iżda l-obbligu li jaghmel dan ġej ukoll mill-finanzjament tal-investiment u mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Din l-estensjoni qed tiġi finanzjata fil-parti l-kbira tagħha mill-Bank Ewropew tal-Investiment, li jimponi regoli u standards stretti fil-proġetti li japprova l-għajnuna għalihom. Bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, Malta hi obbligata wkoll li tosserva regolamenti mill-aktar stretti fil-qasam ambjentali. L-impjant magħżul se jilħaq l-ogħla standards Ewropej, inklużi dawk tal-Ġermanja, kif anke ikkonfermat mill-Awditur-Ġenerali fl-investigazzjonijiet tiegħu.

Il-Power Station mhix se tipproduċi skart tossiku.  Barra minn hekk l-iskart li se jiġi prodott, se jiġi esportat biex il-faċilitajiet għar-rimi tal-iskart f'pajjiżna jservu aktar fit-tul.

Il-Power Station f'Delimara se tibqa' suġġetta għal kontroll ta' l-ogħla kwalità. Il-power stations tagħna ghandhom permess ambjentali biex joperaw. Dan il-permess li teknikament jismu Integrated Pollution Prevention and Control Permit (IPPC) jirregola l-operat tal-power station f'aspetti li jista jkollhom impatt fuq l-ambjent, principalament fuq: l-emissjonijiet ta' l-arja; emissjonijiet fil-bahar; u l-immanigjar tal-iskart.

Il-limiti tal-emissjonijiet li jistghu johorgu mill-power station jigu iffisati mill-MEPA. Il-MEPA tassigura li l-impjant ser jopera fil-limiti stabillit fl-Air Quality Framework Directive.  L-għoti tal-permess ifisser t-teknologija li ser tintuza ser jassigura li l-emissjonijiet fl-arja mhux ser jaqbzu il-livelli accetabbli.

L-Enemalta b'mod kontinwu timmoniterja l-emissjonijiet fl-arja li johorgu mill-impjant. Kif hemm f'IPPC permits ohrajn, ser ikun hemm obbligu ghal Real Time Monitoring.

L-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara hija kruċjali għall-ħtiġijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-pajjiż. Flimkien mal-Interconnector ma' Sqallija, se twassal biex tkun tista' tingħalaq il-Power Station tal-Marsa, li hija l-akbar sors ta' tniġġis fil-pajjiż. Ghalhekk huwa car li l-intenzjoni tal-istqarrija tal-Oppozizzjoni hija intiza biss biex tqarraq u tallarma.

Għall-opportuniżmu politiku u għaliex ma jinteressahiex bis-serjetà mill-ambjent u mill-ħolqien tal-impjiegi, l-Oppozizzjoni Laburista qeda tipprova tiżra d-dubji b'kull mezz.  Din il-ġimgħa l-kelliem tal-Oppożiżżjoni dwar l-edukazzjoni Evarist Bartolo fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubblici insista li l-Awditur Ġenerali ghandu jinvestiga "bank" li, skont hu għandu konnessjonijiet mal-EneMalta.  Jirriżulta li Evarist Bartolo kien qiegħed jitkellem dwar kumpanija tal-ipproċessar tal-ikel li ma għanda l-ebda konnessjoni mal-EneMalta.  Minkejja li fil-Kumitat inġibditlu l-attenzjoni li għandu żball, baqa' jinsisti li għandu raġun.

Barra minhekk, l-Awditur Ġenerali stabbilixxa li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni ta' korruzzjoni kienu infondati. Il-Kummissjoni Ewropea ukoll uriet li l-Oppożizzjoni kienet żbaljata u qalet li fil-proċess ġew osservati r-regolamenti Ewropej.

L-Oppożizzjoni mhix qed tkun serja.  Għall-opportuniżmu politiku trid tagħmel il-ħsara lil pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow