STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET L-Oppożizzjoni trid lill-bejjiegħa tal-Monti jixtru l-ħut fil-baħar mingħandha
Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jinnota li l-Partit Laburista mhux qed jiċħad li l-Oppożizzjoni wegħdet lill-bejjegħa tal-Monti f'laqgħa din il-gimgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni li wara l-elezzjoni li jmiss, Gvern Laburista "jsibilhom x'imkien fil-Belt" u li l-Monti ta' fost il-gimgha tal-Belt jiċċaqlaq.
Il-poplu jrid ikun jaf x'inhuma l-pjanijiet veri, jekk għandha, tal-Oppożizzjoni għal Monti u minn issa tindika x'inhuma l-alternattivi konkreti li għandha f'rasha. Il-Gvern wera fil-konferenza stampa li għamel is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi llejla, li ġew ikkunsidrati fid-dettal sebgħa siti differenti għar-rilokazzjoni tal-Monti tal-Ħadd u wera x'kienu l-vantaġġi u l-izvantaġġi ta' kull waħda, ilkoll fil-Belt u l-Furjana. L-Oppożizzjoni trid tibqa' gallarija, la tfuh u lanqas tinten u ma toffrix soluzzjoni jew alternattiva biex ma tnaffarx is-sidien tal-ħwienet fil-Belt, fl-istess waqt li twebbel lill-bejjiegħa tal-Monti biex jixtru mingħandha l-ħut fil-baħar
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003