34 KUNSILL LOKALI JAPPLIKAW GĦAL FONDI BIEX ISEBBĦU L-OQSMA TA’ BINJIET TAL-GVERN
L-Awtorità tad-Djar tixtieq tħabbar li minn 52 Kunsill Lokali li kienu eliġibbli fl-skema “Nsaħħu l-Komuntà. Riġenerazzjoni f’osqma tal-Binjiet tal-Gvern” kien hemm 34 Kunsill li bagħtu l-proposti tagħhom.
Dawn il-Kunsilli huma:
Il-Marsa, l-Isla, Ħal Qormi, Bormla, Ħal Kirkop, Ħal Tarxien, San Ġwann, is-Siġġiewi, Birkirkara, Santa Luċija, il-Gudja, San Ġiljan, il-Pietà, Victoria, B’Buġa, Ħal Għaxaq, Santa Venera, iż-Żejtun, il-Mellieħa, il-Floriana, Ta’ Xbiex, l-Imqabba, Ħ’Attard, il-Birgu, Valletta, ir-Rabat, Ħal Luqa, Marsaxlokk, l-Imtarfa, Żurrieq, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, l-Imġarr u Ħaż Żebbuġ.
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Frar 2011, il-Bord tal-Għażla se jagħżel 9 Kunsilli biex isir ix-xogħol fihom għas-sena 2011 skont kriterji kif imfissra fil-kundizzjonijiet. F’din is-sena l-Bord se jkompli jagħżel Kunsilli oħra għal proġetti għas-snin 2012 u 2013. Fl-2013, l-Awtorità mistennija toħroġ sejħa oħra għal proposti ġodda.
L-għan ta’ din l-iskema hu li nsaħħu l-komunitajiet li jgħixu fl-oqsma tad-djar tal-Gvern u tingħata għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali biex jinvestu fi proġetti ta’ tisbiħ madwar il-binjiet tal-Gvern, kif ukoll biex jiġu organizzati programmi edukattivi għar-residenti.
L-Awtorità tixtieq tfakkar li l-fond annwali huwa ta’ € 675,000. Din l-iskema hija għas-sitt snin li ġejjin. Għalhekk il-fond totali huwa ta’ € 4,050,000.
Filwaqt li l-Awtorità tirringrazzja lil dawk il-Kunsilli li ressqu l-proposti tagħhom, tħares ’il quddiem li taħdem magħhom għall-ġid tar-residenti.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003