STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAL-OPPOŻIZZJONI
Inizjattivi immedjati favur it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-Power Stations
L-aktar deċiżjoni b’saħħitha li turi l-impenn tal-Gvern favur arja aktar nadifa hija dik li jagħlaq il-Power Station tal-Marsa li hi sors qawwi ta’ tniggis u jinvesti fl-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara, li se taħdem bl-aqwa standards Ewropej, u fl-interconnector ma’ Sqallija.
Għall-kuntrarju tal-impressjoni li tipprova tagħti l-istqarrija tal-Oppożizzjoni, minkejja d-deċiżjoni li l-Gvern ħa biex jagħlaq il-Power Station tal-Marsa fil-futur qarib, xorta waħda ttieħdu diversi inizjattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet:
• saret bidla fit-tip ta’ fuel oil użat fil-power station fejn is-sena li għaddiet beda jintuża fuel b’kontenut ta’ 0.7% sulphur, meta sa ftit snin ilu kien jintuża fuel oil b’kontenut ta’ sulphur ta’ 3.5%;
• kien installat tagħmir (low-NOx burners) li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ NOx;
• it-turbina combined cycle qed titħaddem ukoll b’sistema ta’ injezzjoni tal-isteam biex jitnaqqsu l-emissjonijiet NOx;
• Matul l-2011, l-Enemalta se tkompli taħdem fuq l-użu ta’ fuel combustion additives u miżuri sekondarji oħra li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003