STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN
Kummenti insensittivi u immaturi mill-Kap tal-Oppożizzjoni
Il-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-gwadann li Malta tista’ tagħmel mill-inkwiet fil-pajjiżi ġirien tagħna juru insensittività kbira, u jixhdu nuqqas ta’ esperjenza u immaturità.
L-inkwiet fit-Tuneżija u l-Eġittu m’għandux ikun raġuni biex ngħorku jdejna. Instabbilità fir-reġjun għandha l-potenzjal li tolqot ħażin lill-pajjiżi tal-Mediterran. L-avvenimenti ta’ dan l-aħħar huma żviluppi li qed joħolqu tibdil li, jekk jirrispettaw r-regoli tad-demokrazija, libertà u tolleranza, jistgħu jkunu żviluppi storiċi u pożittivi. Il-ħsieb tagħna m’għandux ikun dak li naraw kif se naħtfu, iżda kif se ngħinu – mingħajr ebda attitudni paternalistika – lil dawn il-pajjiżi fit-triq tagħhom lejn riformi fis-sistemi tagħhom.
Malta, tradizzjonalment u storikament pajjiż ħabib u viċin tat-Tuneżija u l-Eġittu, tirrispetta d-deċiżjoni ħielsa tal-poplu ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi, tkun xi tkun, u tawgura li tkun tista’ tkompli din ir-relazzjoni ta’ ħbiberija u koperazzjoni mal-mexxejja u mal-popli ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003