Left arrow Go Back

BEDA JINTUŻA APPARAT ĠDID LI ĠIE AKKWISTAT PERMEZZ TAL-PROĠETT TAT-TWAQQIF TA’ DIPARTIMENT ĠDID TAR-RADJOLOĠIJA FL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX

pr0160
Date Icon 28/01/2011

Dak li kien servizz li kien jingħata minn żewġ kmamar b’apparat bażiku fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex illum inbidel f’dipartiment ġdid tar-Radjoloġija li jinkorpora ħames taqsimiet mgħammrin b’apparat diġitali mill-aktar modern u sofistikat li permezz tiegħu ġew imtejba u msaħħa s-servizzi ta’ qabel, filwaqt li żdiedu oħrajn ġodda fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex. 

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, għamlet żjara f’dan id-dipartiment issa li riesaq fi tmiemu x-xogħol marbut ma’ parti minn proġett li hu  ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali. Waqt din iż-żjara ġie spjegat kif qed jingħataw is-servizzi lill-pazjenti Għawdxin issa li l-apparat ġdid li kien beda jiġi nstallat f’Settembru li għadda qed jiffunzjona kollu. Il-Kap tad-Dipartiment flimkien ma’ tekniċi oħra spjegaw id-diversi funzjonijiet tal-magni u apparat ieħor li hemm f’kull taqsima li qed jippermettu li l-investigazzjonijiet li jsiru huma ta’ livell avanzat ħafna u jagħtu riżultati ferm aktar dettaljati f’anqas ħin.

Biżżejjed wieħed isemmi li minbarra li qed ikun introdott is-servizz ta’ CT Scanning għall-ewwel darba minn fl-isptar ta’ Għawdex, dan l-apparat huwa mill-aktar sofistikat u uniku għall-isptarijiet tal-Gvern f’pajjiżna. Dan l-apparat jippermetti li jsiru  diversi proċeduri  ta’ CT Scanning inkluż dawk li mhumiex invażivi li jagħtu stampa ċara tal-kundizzjoni medika tal-pazjent fi ftit ħin.

Żewġ taqsimiet oħra jinkorporaw apparat li permezz tiegħu jsiru eżamijiet skeletali (Skeletal X-Rays) u oħrajn tal-intern (Fluoroscopy). Nistgħu ngħidu li dawn kienu bażikament is-servizzi li kienu jingħataw fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex s’issa bid-differenza li l-apparat ġdid huwa ferm aktar effiċjenti u ta’ preċiżjoni filwaqt li għandu wkoll funzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu kemm għall-pazjenti anzjani  kif ukoll dawk li jkollhom diffikultajiet ta’ mobilità.

Taqsima kompletament ġdida hija dik tal-Mammografija Digitali. Din issa qed tippermetti li dawk in-nisa Għawdxin li ġew imsejħa biex jipparteċipaw fin-National Breast Screening Programme ikunu jistgħu jagħmlu dan f’Għawdex stess mingħajr il-bżonn li jmorru f’Malta fiċ-ċentru tal-Breast Screening f”Lascaris. Barra minn hekk dan l-apparat ser jintuża wkoll minn pazjenti li jkunu jinħtieġu investigazzjonijiet relatati ma’ każijiet sintomatiċi mal-mard tas-sider (Symptomatic cases). . 

Is-sezzjoni tal-ultrasound qed tintroduċi servizz ferm aktar avvanzat minn dak li kien hemm qabel f’dan l-isptar. Biżżejjed wieħed isemmi li l-apparat ġdid li jintuża għal investigazzjonijiet addominali kif ukoll f’każijiet ġinekoloġiċi joffri immaġini dettaljati (3D) bil-kulur b’kuntrast mal-apparat li kien jintuża s’issa.  Dan l-apparat tal-Ultrasound għandu wkoll il-faċilità li jintuża biex isiru testijiet tal-qalb (Echograms) kemm fuq l-adulti kif ukoll fuq it-tfal.

Il-proġett tat-twaqqif tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex flimkien mar-ristrutturar tat-tieni sala tal-Operazzjonijiet f’dan l-isptar kien propost fid-dawl tal-istrateġija nazzjonali 2007-2013 li tindirizza l-aċċessibiltà għas-servizzi tas-saħħa biex fost l-oħrajn tiġi mtejba l-kwalità tal-ħajja anki fil-gżira ta’ Għawdex. Ix-xogħol fuq dawn il-proġetti hu stmat li jilħaq  €3.2 miljun li 85% minnhom ser jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali.

Sar xogħol preparatorju li kien jinvolvi finanzjament minn fondi nazzjonali bħala preparazzjoni għall-implimentazzjoni tal-proġett ffinanzjat minn fondi Ewropej. Operazzjoni importanti kienet dik marbuta mat-tneħħija kompleta tas-saqaf qadim li parti minnu kien magħmul mill-asbestos. Dan kien jinvolvi proċeduri koordinati skont regoli internazzjonali marbuta mas-saħħa fir-rigward tat-trattament ta’ dan it-tip ta’ materjal.  Sar tibdil strutturali biex jiżdied l-ispazju minn fejn ikun jista’ jopera id-Dipartiment tar-Radjoloġija l-ġdid anki biex ikun jista’ jakkomoda l-apparat ġdid li ġie nstallat. Dan jinkludi wkoll ‘Viewing Areas’ għall-operaturi f’kull taqsima u ‘Reporting Area’ komuni minn fejn jinħarġu riżultati mill-aktar preċiżi b’mod diġitali.

Dawn ir-riżultati jistgħu jinqraw minn tobba u speċjalisti fis-swali u postijiet oħra madwar l-isptar.  Sadanittant qed issir ukoll ħidma biex jiġi nstallat apparat elettroniku li permezz tiegħu dawn ir-riżultati jkunu jistgħu jintbagħtu fi Sptarijiet u Ċentri tas-Saħħa f’Malta. Fost affarijiet oħra dan ser jiffaċilita d-dijanjosi ta’ kundizzjonijiet ta’ pazjenti Għawdxin u f’ħafna każi jwassal biex dawn ma jkollhomx bżonn imorru għal ċerti testijiet f’Malta.  

Il-Ministru spjegat kif dan il-proġett ser isaħħaħ is-servizz tas-saħħa f’Għawdex għal benefiċċju tar-residenti Għawdxin kollha. Is-servizzi l-ġodda minbarra li huma effiċjenti ser itaffu ħafna mill-inkonvenjenti li jgħaddu minnhom pazjenti b’mard serju jew kroniku, anzjani, persuni b’diżabilità, u residenti Għawdxin li s’issa kien ikollhom imorru Malta għal uħud minn dawn is-servizzi. Fl-istess waqt ser tonqos id-domanda għal dawn is-servizzi mill-Isptar Mater Dei filwaqt li diġà ġie nnotat li s-servizz tar-Radjoloġija f’Għawdex qed ikun aktar effiċjenti minħabba li l-ħin rikjest biex isir X-Ray naqas b’mod konsiderevoli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow