Left arrow Go Back

PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR LEGISLAZZJONI LI TIRREGOLA L-PERITI

pr0150
Date Icon 27/01/2011

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar emendi għall-Att li jirregola l-professjoni tal-periti u legislazzjoni sussidjarja.  Dawn l-emendi qed ikunu proposti wara li l-Gvern ikkonsulta mal-Kamra tal-Periti.

L-emendi mressqa għall-leġislazzjoni jinkludu t-tisħiħ tal-Bord tal-Kondotta Professjonali, kodiċi ta’ kondotta professjonali ġdid, insurance obbligatorja għall-periti u r-reġistru ta’ insurance fost oħrajn.

Il-Gvern mil-lum qed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, mifrux fuq ħames ġimgħat sal-aħħar ta’ Frar 2011. Id-dokument bit-tibdil propost fil-leġislazzjoni jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, www.mrra.gov.mt, filwaqt li l-kummenti u s-suġġerimenti tal-pubbliku jistgħu jintbagħtu fuq info.mrra@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow