Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEMA LABURISTA GĦAT-TURIŻMU U L-AIRMALTA, MARIE LOUISE COLEIRO PRECA

pr0136
Date Icon 25/01/2011

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment jinnota li l-kelliema tal-Partit Laburista Marie Louise Coleiro fi zmien 48 siegha għamlet it-tieni attakk fuq dak li għaddej bhalissa biex l-AirMalta titpoġġa fuq sisien sodi u tkun tista’ tirbaħ il-kompetizzjoni qalila f’dan is-settur.

Nhar il-Ħadd li għadda Marie Louise Coleiro għamlet diskors aggressiv mimli tgħajjir lill-Gvern dwar l-AirMalta.   Illum kompliet fejn ħalliet nhar il-Ħadd li għadda u ħarġet stqarrija biex tgħid li “stajna qaghdna gallerija”; u li hemm affarijiet oħra iżda “ma nħossx li ghalissa huwa l-mument propizju li jissemmew”.  Dawn id-dikjarazzjonijiet juru kemm l-interess tal-Oppożizzjoni hu wieħed partiġġjan u ma tfittix l-interess nazzjonali.

Li l-Oppozizzjoni fi kwistjonijiet ta’ interess nazzjonali ma toqgħodx gallarija hi dmir tagħha.   B’dak li qalet jidher car li l-Oppożizzjoni m’għandix idea ta’ x’inhu mistenni minna! 

Id-dikjarazzjonijiet b’theddid li titkellem meta jaqblilha juru li għall-Oppozizzjoni, il-pika partiġġjana tiġi qabel l-interess tal-pajjiż.

Il-Gvern għamel stedina ġenwina lill-Oppożizzjoni biex tipparteċipa fl-Isteering Committee u jistenna li l-Oppożizzjoni turi ġenwinita’ f’dan il-proċess.    Sa issa l-Oppozizzjoni, minkejja li qed tattendi għal-laqgħat, uriet li ma tafx kif għandu jaħdem u kif jitħaddem id-djalogu fejn id-diskussjonijiet isiru b’maturita’, serjeta’ u b’għaqal.

L-AirMalta tirbaħ l-isfidi li għandha quddiemha fosthom minħabba l-kompetizzjoni li ġabu magħhom il-linji tal-ajru low cost u z-żieda fil-prezz taż-żejt bi strateġija ċara, maħsuba u mwettqa sew u mhux b’diskorsi u stqarrijiet mimlija tgħajjir.

Il-Gvern hu impenjat li l-AirMalta tkun fuq saqajha biex tkompli tkun strumentali ghal kisbiet ekonomici ta’ pajjizna u biex tissaħħaħ l-industrija tat-turizmu.

Wieħed jistaqsi jekk dan l-aġir hux preambolu biex l-Oppożizzjoni titlaq il-barra mill-Kumitat issa li waslu biex jittiehdu d-decizzjonijiet importanti.

Il-Gvern ifakkar lill-Oppożizzjoni li stedinha tippartecipa għax propju f'mument tant diffiċli għall-azjedna l-ħaddiema mhux firda jridu imma politici li fl-imkien isibu soluzzjonijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow