IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN INIEDI L-ABBOZZ TA’ LIĠI MSEJJAĦ “ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI”
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, illum wara nofsinhar nieda l-abbozz ta’ liġi msejjaħ “Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi” li għandu l-għan li jintroduċi l-parole u l-medjazzjoni bejn il-vittma u min iwettaq ir-reat filwaqt li jirriforma s-sistema tat-tnaqqis mis-sentenzi ta’ ħabs (ir-remission).
F’indirizz lill-ġurnalisti preżenti waqt il-preżentazzjoni tal-abbozz, il-Ministru Mifsud Bonnici iddeskriva dan l-abbozz bħala pass kbir ‘il quddiem għas-sistema penali ta’ pajjiżna li għandha twassal biex il-ħabs jaqdi aħjar il-funzjoni tiegħu biex jirriforma lil min ikun instab ħati ta’ reat.
L-abbozz ta’ liġi ser jiġi ppubblikat għada fil-Gazzetta tal-Gvern.
Il-preżentazzjoni li ngħatat mill-Ministru qed tiġi mehmuża ma’ din l-istqarrija.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003
pr0129a.pdf