Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI, U L-KURA FIL-KOMUNITA’ - Il-Ministeru tas-Saħħa jerġa' jiċħad dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni

pr0124
Date Icon 23/01/2011

Mhux veru dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni li saru xi ħlasijiet għal xogħlijiet li ma sarux fl-Isptar Mater Dei.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat reġa' irrepeta din l-allegazzjoni li diġa ġiet miċħuda kull darba li qalha s-sena li għaddiet. L-Oppożizzjoni m’għandha l-ebda viżjoni fil-qasam tas-saħħa. Dan qed jurih ċar il-Kap tal-Oppożizzjoni billi jirrepeti l-istess qlajja li tkun diġa ġiet miċħuda, għaliex la tkun ibbażata fuq il-verita’ u lanqas fuq il-fatti.

Il-Ministeru jikkundanna l-allarm li qed jipprova joħloq il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-pazjenti li huma morda bil-kanċer.  It-toqol tal-mard hu iebes biżżejjed, u għalhekk hu għajb li l-Oppożizzjoni tkun insensittiva u tkun partiġġjana f’qasam daqshekk sensittiv.

Il-Gvern qed iżid is-servizzi u l-kura li tingħata għal kura tal-kanċer, inkluż bil-ftuħ tal-Breast Screening Centre fl-2009.  Permezz ta’ dan iċ-Ċentru nisa qed jiġu mistiedna jagħmlu eżami tal-kanċer tas-sider b’xejn.  Dan qed iwassal biex min ikollu l-kanċer jinqabad fi stadju bikri.

Qed jiżdiedu wkoll il-mediċini b’xejn għal min għandu kanċer, fosthom il-kanċer tas-sider, kanċer tal-moħħ, tal-pulmun, tal-kliewi, tal-istonku u d-demm.

Il-Gvern qed jinvesti wkoll f’Ċentru ġdid għal kura tal-kanċer li se jkun akbar mill-faċilitajiet li hemm bħalissa fl-Isptar Boffa u li se joffri aktar servizzi. 

Il-Gvern qed jinvesti l-flus b’għaqal li juru s-sensittivita’ ta’ dan il-Gvern li għalih is-saħħa hi ta’ l-akbar prijorita’.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow