UNUR GĦALL-VOLSERV U GĦAL MALTA
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jifraħ lill-Organizzazjoni VOLSERV li ntgħażlet biex tkun parti minn proġett ta’ għarfien fuq volontarjat fi ħdan l-Ewropa għas-sena tal-Volontarjat 2011.
Permezz ta’ dan il-proġett l-EBS se jipproduċu programm li fih 14-il għaqda, fosthom il-VOLSERV, se jkunu ffilmjati waqt il-ħidma tagħhom sabiex wara dan il-programm jiġi mxandar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
VOLSERV toffri servizz ta’ volontarjat fi ħdan l-Isptar Mater Dei u hija mmexxija minn SOS Malta b’kollaborazzjoni mal-management tal-isptar. Dan huwa l-ewwel proġett li joffri ħidma sħiħa bejn il-Gvern u għaqda mhux governattiva fi ħdan struttura pubblika (l-Isptar Mater Dei).
Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità l-Onor. Joe Cassar feraħ lill-VOLSERV ta’ dan l-unur u reġa’ rringrazzjahom tal-ħidma fejjieda li qed jagħmlu flimkien mal-professjonisti fi ħdan l-Isptar Mater Dei.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003