STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
Il-Gvern jirreferi għad-deċiżjoni mogħtija llum fir-rikors numru 5/2006 tal-Kunsill Lokali Marsaskala.
Il-Gvern jinnota li l-Qorti indikat li l-każ għandu jinstema quddiem il-Planning and Review Tribunal. Il-Gvern ifakkar li bit-tibdil fil-liġi tal-MEPA, dan il-każ se jkompli jinstema mill-Planning and Review Tribunal.
Il-Gvern jistqarr li l-Gvern mexa mal-provvedimenti tal-liġi li kienu jispeċifikaw li tali appelli kellhom jinstemgħu mill-Planning Appeals Board, li ukoll kien ġie appuntat skond kif kienet tgħid il-liġi. Għaldaqstant il-Gvern mexa mal-provvedimenti legali.
Il-Gvern ifakkar li s-sentenza mogħtija dalgħodu mhijiex waħda fuq il-mertu tal-applikazzjoni nfisha, imma tirrigwarda l-proċedura adottata u jekk il-Bord tal-Appell kif kostitwit bil-liġi setgħax jisma’ dan il-każ.
Fl-aħħarnett il-Gvern jirriafferma li, kif dikjarat f’numru ta’ okkażjonijiet, fil-proċess kollu ghall-permess tal-immodernizzar tal-impjant għar- riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin, il-Gvern osserva r-regoli Ewropej u Nazzjonali. Dan kien ikkonfermat b’deċiżjonijiet separati tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Effettivament is-sentenza tal-Qorti ta’ llum ma tpoġġix dan fid-dubju.
Il-Gvern f’dan l-istadju qed jieħu l-pariri legali jekk għandux isir appell minn din is-sentenza.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003