ŻJARA FIL-KULLEĠĠ SAN NIKOLA BĦALA PARTI MILL-INIZJATTIVA “IL-MINISTRU FOSTKOM”
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, dalgħodu żaret id-disa’ skejjel li jiffurmaw parti mill-Kulleġġ San Nikola u ltaqgħet mat-tfal, l-għalliema u l-amministraturi ta’ dawn l-iskejjel.
Il-Prinċipal tal-Kulleġġ, is-Sur Anthony Sammut, akkumpanja lill-Ministru Cristina fiż-żjarat li għamlet fl-iskejjel tal-Baħrija, Ħad-Dingli, ir-Rabat, l-Imtarfa, l-Imġarr u Ħ’Attard.
Dan kien id-disa’ Kulleġġ li żaret il-Ministru Dolores Cristina fis-sensiela “Il-Ministru Fostkom”. Iż-żjarat iservu biex il-Ministru tara b’għajnejha l-ambjent tal-iskejjel tal-istat, tiltaqa’ u tiddiskuti mal-għalliema u f’xi każi anke mal-ġenituri u tidħol fil-klassijiet, titkellem mat-tfal u ssegwi parti mil-lezzjonijiet jew attivitajiet li jkunu involuti fihom.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003