SUCCESS GHAL OPEN DAY – “YOUR HEALTH WE CARE”
Numru kbir ta’ Maltin u Għawdxin attendew bi ħġarhom għall-Open Day “Your Health We Care” organiżżata mill-Ministeru tas-Saħħa l-Anzjani u Kura fil-Komunita’.
Sal-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar kienu saru aktar minn 150 test tal-Glaukoma u aktar minn 900 check-up (pressjoni, zokkor,u ohrajn ). Iktar minn 270 persuna ċċekjaw u rreġistraw il-piż u l-BMI tagħhom bil-għan li jitilfu mill-piż żejjed.
L-attivita’ kienet tinkludi wkoll pariri fuq l-eżerċizzju, sezzjoni taż-żumba u aerobics. Kien hemm ukoll attendenza tajba għat-taħditiet differenti minn uħud mill-aqwa speċjalisti tas-saħħa.
Bosta nisa ħadu l-okkażjoni biex ghamlu ezami tas-sider u ħadu wkoll parir fuq il-kura tas-sider.
Kien hemm ukoll numru ta’ nies li kienu ġenerużi u taw id-demm.
Ħafna mis-servizzi offruti kellhom jiġu estiżi minnħabba l-attendenza kbira, ferm aktar milli kien mistenni. Il-Ministeru jfakkar li ħafna mis-servizzi offruti diġa jinataw fil-Bereġ u ċ-Ċentri tas-Saħħa.
Il-Ministeru jirringrazzja lil kull min attenda u jawgura li l-Open Day tkun il-bidu ta’ ħajja aktar b’saħħitha bil-ħsieb li din l-attivita’ tibda ssir kull sena.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003