Left arrow Go Back

“YOUR HEALTH WE CARE” - OPEN DAY

pr0060
Date Icon 13/01/2011

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità se jorganizza Open Day fil-bini tal-Ministeru stess (15, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta) nhar is-Sibt 15 ta’ Jannar mid-9 ta’ filgħodu sas-7 ta’ filgħaxija.

Bosta huma dawk il-Maltin u l-Għawdxin li għamlu riżoluzzjoni biex din is-sena jibdew jieħdu ħsieb ta’ saħħithom, inaqqsu l-piż żejjed, jew jaqtgħu s-sigaretti. L-iskop ta’ din l-Open Day huwa proprju sabiex ħafna mis-servizzi tas-saħħa, jinġabru kollha taħt saqaf wieħed biex b’hekk kulħadd jinqeda aħjar.

Il-familji Maltin u Għawdxin huma mistednin biex jattendu tul dan il-jum fejn se jsibu xi ħaġa li tinteressahom żgur. Fost is-servizzi li se jkunu provduti, insibu pariri fuq kif titlef il-piż, kejl tal-piż u tal-BMI, testijiet tal-Glawkoma, taz-zokkor, pressjoni, tilqim, eżerċizzju fiżiku, bosta taħdidiet fuq suġġetti varjati tas-saħħa u tisjir.

Kull min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jidħol fuq il-website www.ehealth.gov.mt   jew jikkuntattja lill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità permezz tal-e-mail admincustomercare.mhec@gov.mt  jew bit-telefon 2122 4071.

pr0060.pdfpr0060a.pdf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow