IL-FIDUĊJA FL-EKONOMIJA TKATTAR L-INVESTIMENT U L-POSTIJIET TAX-XOGĦOL: IL-GRUPP SHOPWISE DEVELOPMENT IKOMPLI JINVESTI U JOĦLOQ IL-POSTIJIET TAX-XOGĦOL
Ix-Shopwise Development Group se jkun qed iwettaq investiment sostanzjali u joħloq numru ta’ postijiet tax-xogħol ġodda fis-snin li ġejjin. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-okkażjoni ta’ maltasupermarket.com, proġett tal-istess grupp, żviluppat minn Cyberspace Solutions. Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar li huwa ddeskriva bħala turija importanti ta’ fiduċja fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa spjega li “l-investiment huwa l-aqwa termometru tal-andament tal-ekonomija ta’ pajjiż”. Faħħar ukoll il-fatt li dan l-investiment se jfisser aktar postijiet tax-xogħol, li huma l-aqwa garanzija għal kwalità ta’ ħajja aħjar.
Il-Ministru Tonio Fenech esprima l-apprezzament tiegħu għall-fatt li aktar kumpaniji u individwi Maltin qed jaraw x’opportunitajiet joffri l-Internet biex jibdew jew ikattru n-negozju tagħhom u fakkar li anke f’dan is-settur il-Gvern offra skemi permezz tal-Malta Enterprise, fejn is-sena l-oħra 70 kumpanija gawdiet mill-iskema e-business, li għaliha kien hemm fond ta’ €2.5miljun.
L-investiment f’maltasupermarket.com hu ta’ €350,000 u se jirriżulta fil-ħolqien ta’ 20 post tax-xogħol. B’hekk il-grupp, li llum iħaddem mal-200 persuna, se jkun investa mat-€8 miljun fl-aħħar ħames snin.
Aktar minn 82% tal-familji Maltin llum gћandhom aċċess high speed gћall-Internet, b’aktar minn nofshom jixtru prodotti u servizzi online. Madankollu, huwa nnota li l-istess statistika turi li ġeneralment dan ix-xiri jsir minn siti barranin. Dan ifisser, sostna l-Ministru Fenech, li għad hemm potenzjal kbir f’dan is-settur għall-kumpaniji lokali.
Il-Ministru Fenech innota li minkejja ż-żieda qawwija fix-xiri mill-Internet, ma jfissirx neċessarjament li dan sar b’dannu għall-bejgħ tradizzonali. Filfatt, ċifri ppubblikati mill-Eurostat għax-xahar ta' Novembru li għadda juru li filwaqt li fl-Ewropa bħala medja n-negozju naqas, f'Malta dan żdied. Filfatt, Malta rreġistrat żieda ta' 5.5% fuq ix-xahar ta' qabel.
Anke meta wieħed iqabbel mas-sena ta’ qabel, il-bejgħ f’Malta żdied 1%, filwqt li fiż-żona ewro baqa’ fejn kien – filfatt żdied biss 0.1%.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003