STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET
L-artiklu “Injorata l-wegћda li jissussidjaw”, ippubblikat illum fuq l-ewwel paġna tal-ġurnal “L-Orizzont” huwa fattwalment inkorett u żbaljat.
F'lulju li ghadda l-Gvern żied wkoll beneficcju tal-energija minhabba z-zieda fil-prezz internazzjonali tal-gass. Familji fejn tal-anqas hemm persuna waħda li hi anzjana, jew anzjani li jgħixu waħedhom, ingħataw €25. B’hekk aktar minn 13,000 familja, fejn hemm anzjani, ingħataw €25. Familji oħra, li wkoll huma ntitolati għall-benefiċċju tal-enerġija, ngħataw żieda ta’ €15. Dan juri li l-ġurnal hu kompletament żbaljat u mhux minnu li l-Gvern warrab il-wegћda li jgћin f’każ li gћola l-prezz tal-gass iżda għen familji b’żieda fl-energy voucher. Huwa ћasra li ġurnal li gћandu jfittex li jagћti l-istampa kollha u korretta jostor din l-gћajnuna.
L-istess artiklu jagћti x’jifhem li minkejja dak li ntqal fil-Parlament, jigifieri li l-liberalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni gћandhom iwasslu gћal kompetizzjoni fis-settur, dan ma ġarax. L-Orizzont jinjora l-għoli fil-prezz internazzjonali u l-kambju sfavorevoli bejn l-Ewro u d-Dollaru Amerikan, li bih jinxtraw il-komoditajiet tal-enerġija inkluż il-gass. Barra minn dan, fix-xahar ta' Dicembru kien hemm żieda qawwija fid-domanda għall-fuels minħabba l-kesħa kbira li ħakmet partijiet kbar tal-Ewropa u lil hinn. Dan iћalli impatt fuq il-prezzijiet li bihom tixtri Malta.
Xhieda li l-kompetizzjoni fis-suq qed tћalli l-effett tagћha ћarġet aktar kmieni dan ix-xahar meta l-kumpaniji li jipprovdu ċ-ċilindri tal-gass qed ibiegћu l-gass orћos mill-massimu li taċċetta l-Awtorità Maltija gћar-Riżorsi. Dan juri li, kif intqal, il- kompetizzjoni qed tgћin biex jitrazzan l-effett taż-żieda fil-prezz internazzjonali.
Dan juri kemm kien pass għaqli li l-Gvern jilliberalizza dan is-suq. Pass li qed jirriżulta f'kompetizzjoni favur il-konsumatur Malti.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003