L-OPPOŻIZZJONI TURI NUQQAS TA’ RISPETT LEJN IL-UNIONS U L-GĦAQDIET TA’ MIN IĦADDEM
L-istqarrija tal-Oppożizzjoni turi nuqqas ta’ rispett lejn il-unions u l-għaqdiet ta’ min iħaddem li dalgħodu taw kontribut għad-djalogu soċjali fil-pajjiż. Bl-istqarrija tagħha, l-Oppożizzjoni qed tipprova tirridikola dak li għamlu l-isħab soċjali dalgħodu u ċċekken l-importanza u r-rwol tal-MCESD.
Il-prezz tal-gass imnaqqas mill-operaturi privati minn dak stabbilit mir-regolatur huwa riżultat dirett tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-gass li qed twassal biex jitrażżan l-għoli minn barra tal-prezz tal-gass. Malta tintlaqat minn żieda fil-prezz tal-fuels u l-gass minħabba li dak kollu li nikkonsmaw f’pajjiżna jiġi impurtat.
Fid-dawl tal-krizi finanzjarja u ekonomika internazzjonali, il-Gvern jibqa’ ffukat fuq il-ħolqien tal-impjiegi, li qed jissarraf f’żieda fl-investiment, impjiegi ġodda u tnaqqis tal-qgħad. Fl-istess waqt il-Gvern qiegħed ikompli jinvesti aktar fil-benefiċċji u servizzi soċjali, fil-qasam edukattiv, fis-saħħa u fil-kura tal-anzjani u fl-ambjent.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003