Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX BĦALA TWEĠIBA GĦAL DAK LI NTQAL MID-DEPUTAT LABURISTA LEO BRINCAT

pr0027
Date Icon 07/01/2011

Il-misteru li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Leo Brincat qed jipprova joħloq madwar id-dokument sħiħ dwar il-viżjoni Eko-Għawdex, ma jeżisti mkien.   

Fil-fatt, il-Ministru għal Għawdex irrispondiet għal diversi Mistoqsijiet Parlamentari magħmula mill-Oppożizzjoni fil-Parlament rigward dan id-dokument.  Kemm hi u kemm uffiċjali oħrajn tal-Ministeru għal Għawdex tkellmu kemm il-darba fil-pubbliku dwar dan id-dokument u r-rwol tiegħu bħala gwida għal Żvilupp Sostenibbli għal Għawdex.

Id-dokument li qed jirreferi għalih l-Onor. Brincat kif diġà ntqal fil-Parlament qiegħed fi stadju ta’ working draft u huwa ppjanat li jiġi ppubblikat hekk kif jiġi konkluż.  Dan hu dokument dwar il-viżjoni Eko-Għawdex li jwassal sas-sena 2020.

Sadanittant il-Ministeru għal Ghawdex jiċċara li bħala parti mill-viżjoni ta’ Eko-Għawdex diġà ġew ippubblikati 80 rakkomandazzjoni minn dan id-dokument.  Dawn ġew ippubblikati u ppreżentati fid-diskors tal-Baġit 2010 fid-9 ta’ Novembru 2009, fil-forma tal-Pjan t’Azzjoni għal Eko-Għawdex għas-snin 2010-2012. (Dan id-dokument huwa aċċessibbli online bil-link http://www.eco-gozo.com/pdfs/Eco-Gozo_proposed_action%202010_2012.pdf)

Bħalissa, il-Ministeru għal Għawdex għaddej bl-implimentazzjoni ta’ dawn it-80 miżura. 

Mhuwiex minnu lanqas li xi dokument relatat mal-viżjoni eko-Għawdex qed jinżamm mistur għall-benefiċċju ta’ spekulaturi kif kompliet tikkummenta l-gazzetta elettronika tal-Oppożizzjoni meta rrappurtat l-istqarrija tal-Onor. Brincat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow