Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr0026
Date Icon 07/01/2011

Qabża ta’ kwalita’ fil-mod ta’ kif jasal il-prodott frisk lokali għand il-konsumatur.

Illum il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ttermina l-kuntratt li kellha l-Pitkali Crates Limited biex taħsel il-kaxxi li jintużaw għall-ġarr ta’ ħaxix u frott f’Malta. Dan seħħ wara li minkejja li l-kumpanija kienet notifikata għal diversi drabi biex ittejjeb l-operat tagħha dan m’għamlitux b’dannu għall-bdiewa.

Il-Ministeru għal dawn l-aħħar xhur kien kontinwament qed jirċievi lmenti mis-settur agrikolu dwar in-nuqqas ta’ servizz li kienet tagħti din il-kumpanija, liema lmenti dehru anke fuq il-media lokali. Għalhekk inħass il-bżonn li ladarba l-kumpanija ma’ kkooperatx il-Ministeru ħadem ħalli tinstab soluzzjoni.

Il-Ministeru jħabbar li se jkun qed jipprovdi servizz ta’ ħasil tal-kaxxi b’mod immedjat għal perijodu ta’ żmien sakemm jinstab operatur ieħor li jintgħażel biex jagħti dan is-servizz.

Il-Ministeru javza li minn nhar l-Erbgħa 12 ta’ Jannar 2011 il-Pitkalija se tkun qed tilqa’ l-kaxxi tal-bdiewa biex jinħaslu.  Il-Ministeru wkoll xtara numru ta’ kaxxi ġodda. Il-bdiewa li jixtiequ jixtru kaxxi ġodda jistgħu jagħmlu dan mill-uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-Pitkalija. Għal aktar informazjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 23396101 bejn it-8.30am u l-15.30.

Il-Ministeru jappella għall-kooperazzjoni ta’ kulħadd sabiex flimkien tkompli ssir qabża ta’ kwalità fil-mod ta’ kif jasal il-prodott frisk lokali għand il-konsumatur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow