PASSA TAL-INFLUWENZA
Appell għall-Prekawzjoni u Prudenza
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tavża li f’Malta hawn passa ta’ influwenza qawwija li tista’ twassal għal problemi f’persuni vulnerabbli bħall-anzjani u nies li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi bħall-ażma u mard tal-qalb.
Għalkemm ma hemmx lok ta’ allarm id-Diviżjoni tisħaq li kull persuna għandha tieħu il-prekawzjonijiet li ġejjin:
- Tevita l-folol f’postijiet pubbliċi, speċjalment fil-magħluq.
- Taħsel u tiddiżinfetta jdejha spiss jew tuża hand gel.
- Tiekol sustanzjuż – partikolarment frott u ħaxix.
- Tixrob ħafna ilma.
- Tarmi jew tiddisponi minn tissues u mkatar b’mod adegwat biex il-virus ma jinxteridx u dan b’rispett lejn ħaddieħor ukoll.
- F’każ ta’ mard tikkuntatja lit-tabib tal-familja jew Ċentru tas-Saħħa mill-aktar fis possibbli.
Id-Divizjoni tas-Saħħa tfakkar li l-influwenza għandha l-ewwel tiġi trattata mit-tabib tal-familja jew taċ-Ċentri tas-Saħħa. Huma t-tobba tal-familja jew taċ-Ċentri tas-Saħħa li jiċċertifikaw u joħorġu riferta f’kas li persuna jkollha bżonn tmur id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Id-Diviżjoni tfakkar ukoll li fid-Dipartiment tal-Emerġenza l-ewwel jiġu eżamitati l-pazjenti u l-persuni li l-kundizzjoni tagħhom tkun aktar serja.
Id-Divizjoni tas-Saħħa tapprezza l-koperazzjoni tal-pubbliku.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003