Left arrow Go Back

IL-PREMJU NAZZJONALI ĦADDIEM TAS-SENA: VALUR MIŻJUD GĦALL-INDUSTRIJA U L-INTRAPRIŻI

pr0014
Date Icon 05/01/2011

L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-18 ta’ Jannar li ġej

L-interess fil-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2011 hu qawwi hekk kif numru ta’ kumpaniji, intrapriżi, organizzazzjonijiet mhux governattivi u Kunsilli Lokali bdew jinnominaw ħaddiema u impjegati tagħhom għal dan il-premju.

Iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2011 Frans Borg qal li l-interess hu xhieda tal-fatt kemm dan il-premju qed jieħu xejra akbar minn rikonoxximent lill-ħaddiem li jkun rebħu. “Il-ħaddiem jaħdem f’kuntest ta’ intrapriża u għaldaqstant il-ġieh ikun qed jingħata lill-individwu kif ukoll lill-kumpanija li tkun qed tiggwadanja minnu. Intrapriżi, kumpaniji, entitajiet governattivi u privati qed jippromwovu l-ħaddiema tagħhom għaliex qed jifhmu li r-rebħ ta’ dan il-premju jitqies bħala valur miżjud għalihom ukoll.”

Dan il-premju jirrikonoxxi l-inizjattiva, l-effiċjenza, u l-inġenjożità tal-ħaddiema. Kwalità li tiddistingwi lir-rebbieħa kollha tal-premju tul is-snin kienet is-sens ta’ dedikazzjoni li permezz tagħha jkunu għenu biex titjieb il-kwalità tax-xogħol. Barra minn hekk ħidmithom tmur lil hinn minn dak li jkun mistenni minnhom.

Din is-sena l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena qed isir taħt il-patroċinju tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said.

Il-Premju Ħaddiem tas-Sena ilu jiġi organizzat sa mill-1988. L-edizzjoni ta’ din is-sena hi t-22 waħda, għaliex f’sentejn partikolari l-premju ma kienx ingħata.

Il-formoli tan-nominazzjonijiet jistgħu jinkisbu waqt il-ħinijiet tal-uffiċju mir-Reception Desk fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Kastilja, Triq San Pawl, il-Belt (tel: 2200-1261), mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali f’Victoria, Għawdex (tel: 2215-6940/1) jew mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali. Il-formola tista’ wkoll titniżżel mill-portal governattiv  www.doi.gov.mt

Għal kull persuna nominata trid timtela formola separata. Il-formoli mimlija għandhom jitqiegħdu f’envelope issiġġillat u depożitati fil-kaxxa apposta li tinsab għad-diżpożizzjoni fir-Reception, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Kastilja,Triq San Pawl, il-Belt sa nhar it-18 ta’ Jannar 2011.

pr0014 - PNHS poster 2011.pdf final version.pdfpr0014a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow