Left arrow Go Back

IL-PREZZIJIET TAL-FUELS JIRRIFLETTU Ż-ŻIEDA FIL-PREZZ INTERNAZZJONALI - L-OPPOŻIZZJONI BI STRATEĠIJA LI ĠĠIB IL-QGĦAD

pr0006
Date Icon 03/01/2011

Iċ-ċaqlieq fil-prezz tal-fuel li tħabbar din il-ġimgħa hu riżultat taż-żieda fil-prezz internazzjonali.  Il-fuel f’pajjiżna hu kollu kemm hu impurtat u għalhekk il-prezz li bih jinbiegħ il-fuel f’Malta hu riżultat taż-żieda li kien hemm fil-prezz minn barra minn Malta.

Il-prezzijiet f’Malta tal-unleaded petrol, tad-diesel kif ukoll tal-heating oil huma anqas mill-medja tas-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, kif turi t-tabella li hi pubblikata ma’ din l-istqarrija u li hi skont il-prezzijiet kif kienu fil-15 ta’ Diċembru li għadda.  L-ogħla prezz tal-unleaded petrol kien ta’ €1.58 fil-Greċja u fl-Olanda, filwaqt li l-ogħla prezz tad-diesel kien l-Ingilterra b’€1.50 kull litru.   Minn dakinhar ‘l hawn, diversi pajjiżi oħra bħal Malta kellhom iżidu l-prezz tal-fuel.  F’Malta l-prezz tal-unleaded petrol hu ta’ €1.31, filwaqt li l-Italja hu €1.479.  Il-prezz tad-diesel f’Malta hu ta’ €1.21 filwaqt li l-Italja hu ta’ €1.357.  Fl-Ingilterra wkoll reġa kien hemm żidiet fil-prezz tal-fuels.

Id-deċiżjoni tal-Gvern hi li flok jissussidja l-prezz tal-fuel, jinvesti f’aktar skemi li joħolqu x-xogħol għall-ħaddiema; fi skemi biex iħajjar aktar sidien ta’ kumpaniji jinvestu f’Malta u joħolqu l-impjiegi għall-ħaddiema; fil-benefiċċji soċjali għal dawk li l-aktar għandhom bżonn; fis-servizzi tas-saħħa u fil-kura tal-anzjani; fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ; u fl-ambjent u fl-infrastruttura.  Il-Gvern ta’ kuljum irid jagħmel għażliet ta’ fejn se jinvesti biex l-investiment li jsir jirrendi fit-tul għall-poplu.  L-għażliet, għal min qed imexxi l-pajjiż mhux dejjem ikunu faċli iżda l-għaqal u r-responsabbilita’ jitolbu li jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet u li bihom il-poplu jgawdi fost l-oħrajn b’aktar x-xogħol, fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fl-ambjent.

Pajjiżna fl-aħħar sena baqa’ kompetittiv u żdied l-investiment għaliex ittieħdu deċiżjonijiet b’għaqal li ssarrfu f’aktar xogħol u tnaqqis fil-qgħad, tant li llum Malta hi r-raba’ pajjiż li għandu lanqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

L-Oppożizzjoni għal darb’oħra qed tagħżel li tkun superfiċjali f’dak li tgħid dwar il-fuel.  Qed tipprova taħrab mir-realtajiet ekonomiċi internazzjonali.  Il-prezzijiet tal-fuels huma dettatti minn dak li jiġri barra minn pajjiżna.  L-istrateġija ħażina li pproponiet sa issa l-Oppożizzjoni hi li l-Gvern ikompli jżid is-sussidji bil-konsegwenza tkun li jkollu jitnaqqas l-investiment f’oqsma oħra.  Dak li qed tipproponi l-Oppożizzjoni pruvaw jagħmluh pajjiżi oħra u llum jinsabu taħt il-morsa ta’ qgħad għoli, żbilanċ qawwi, naqqsu s-servizzi soċjali u żiedu l-ħlasijiet għall-edukazzjoni u għas-saħħa.  L-Oppożizzjoni laburista meta kienet fil-Gvern, u meta ma kien hemm l-ebda kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali kienet diġa bdiet idaħħal ħlasijiet għas-servizzi tas-saħħa u skemi ta’ djun għall-istudenti.  Dawn il-ħlasijiet u l-iskemi ta’ djun kienu tneħħew minn dan il-Gvern.  Għal darb’oħra l-Oppożizzjoni qed tipprova taħrab ir-realta’ u tipproponi strateġija żbaljata.  

pr0006.pdfpr0006.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow