IL-KOMPETIZZJONI FIS-SUQ TAL-GASS TWASSAL BIEX IL-KUMPANIJI JOFFRU PREZZIJIET ORĦOS TA’ BEJN €1.10 U €3.60 FUQ IĊ-ĊILINDRI TAL-GASS
Il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass wasslet biex il-kumpaniji ddeċidew li ma jadottawx il-prezz massimu stabbilit mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, iżda ħabbru prezzijiet ġodda li huma orħos. Id-differenza fil-prezzijiet favur il-konsumatur tvarja bejn €1.10 għal ċilindru tal-gass tal-10kg sa €3.60 fuq ċilindru tal-25kg.
It-tabella hawn taħt turi b’mod ċar id-differenza bejn il-prezz skont l-Awtorità tar-Riżorsi u l-prezzijiet imnaqqsa u mħabbra mill-kumpaniji Liquigas u Easygas.
Tip ta’ ċilindru | Il-prezz applikabbli skont l-MRA | Il-prezz orħos tal-Liquigas | Il-prezz orħos tal-Easygas | |
Imwassal bieb bieb jew mibjugħ mill-punti fissi | Imwassal bieb bieb | Mibjugħ minn punti fissi | ||
10kg | €14.60 | €13.50 | €13.40 | 13.00 |
12kg | €17.30 | €16.00 | n/a | n/a |
15kg | €21.20 | €19.60 | €19.50 | €19.00 |
25kg | €34.40 | €31.80 | €31.50 | €30.80 |
Id-distributuri tal-gass huma obbligati li jbiegħu ċ-ċilindri tal-gass skont il-prezzijiet stabbiliti mil-Liquigas jew mill-Easygas. F’każ ta’ dubju l-konsumatur għandu kull dritt jitlob l-irċevuta tal-prezz li ħallas u wara jiċċekkja mal-kumpanija konċernata jekk ħallasx il-prezz stabbilit mill-kumpaniji.
Id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni jixtieq ukoll jinforma lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin li maċ-ċilindri tal-gass forniti miż-żewġ kumpaniji jista’ jeħel magħhom l-istess tip ta’ regulator. Dan ifisser li ħadd m’għandu għaliex ibiddel ir-regulator, jiġifieri l-apparat li permezz tiegħu ċ-ċilindru tal-gass jitqabbad u jkun jista’ jintuża maċ-ċilindri taż-żewġ kumpaniji. B’hekk il-konsumatur ma jkollux għaliex jidħol fi spejjeż biex igawdi mill-liberalizzazzjoni tas-suq. Bl-istess regulator il-konsumatur jista’ jaqleb minn ċilindru ta’ kumpanija għall-oħra mingħajr ebda spejjeż.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003