Il-vaċċin tal-influwenza staġjonali jkopri l-H1N1 – Il-WORLD HEALtH ORGANISATION (WHO) issa tqis l-H1N1 bħala influwenza staġjonali
pr2399
28/12/2010
| L-Organizzazzjoni | Dinjija tas-Saħħa issa bdiet tqis l-H1N1 bħala parti mill-influwenza staġjonali u għalhekk it-tilqima għall-influwenza tkopri wkoll dan il-virus. |
| Id-Divizjoni tas-Saħħa | tħeġġeġ lil kulħadd, partikolarment persuni vulnerabbli (anzjani u persuni b’mard kroniku), sabiex jieħu t-tilqima tal-influwenza staġjonali, li din is-sena hija disinjata biex tilqa’ għal din il-marda wkoll. Wieħed għandu wkoll jieħu l-prekawzjonijiet normali, inkluż li jevita folol ta’ nies u kuntatt bla bżonn ma’ persuni morda bl-influwenza, kif ukoll il-ħasil regolari tal-idejn. Persuni li jissuspettaw li għandhom l-influwenza għandom jikkuntattjaw lit-tabib tagħhom u jibqgħu ġewwa. |
| Kull sena f'pajjiżna | jkollna mwiet bl-influwenza staġjonali. Din is-sena, turista anzjana Ingliza li kienet għal btala f'Malta mietet bl-H1N1 wara li żviluppat kumplikazzjonijiet. Persuna oħra qed tirċievi l-kura u tinsab stabbli. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003