Left arrow Go Back

SPETTAKLU, LOGĦOB TAN-NAR U COUNTDOWN JINTRODUĊU S-SENA L-ĠDIDA FIL-FLORIANA

pr2398
Date Icon 28/12/2010
Waqtkonferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Floriana ngħataw dettalji dwar il-Malta’s New Year’s Eve Celebrations li se jkunu organizzati għat-tieni darba konsekuttiva f’din il-lokalità. Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, il-Kunsill Lokali tal-Floriana daħal għal biċċa xogħol akbar li tinkludi artisti u kantanti Maltin stabbiliti, logħob tan-nar u Christmas Parade. Il-qofol jintlaħaq f’nofsillejl b’countdown u l-ispettaklu jkompli wara sas-2.00 am.
Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzatamis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Chris Said u mis-Sindku tal-Floriana, Nigel Holland.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur,Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Chris Said ħeġġeġ lill-Maltin u lill-Għawdxin biex jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida billi jieħdu gost flimkien mingħajr ma jpoġġu ħajjithom jew ħajjet ħaddieħor fil-periklu.
Hu qalli l-attivitajiet li jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida m’għandhomx jitqiesu f’kompetizzjoni għal xulxin iżda huma kumplimentari għaliex se joffru affarijiet differenti li jolqtu l-gosti ta’ kullħadd. Hu qal li dawn l-attvitajiet huma importanti ħafna għaliex iservu biex jgħaqqdu l-poplu Malti sabiex jiċċelebra flimkien, jiġbdu lit-turisti lejn attivitajiet tal-massa, iservu bħala riklam għal pajjiżna, u jgħinu lill-komunità kummerċjali u lin-negozju f’dik l-istess lokalità.
ChrisSaid qal li għall-2011 il-Gvern ħareġ skema ta’ madwar kwart ta’ miljun ewro f’għajnuna lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw attivitajiet lokali. L-iskop ta’ skema bħal din fis-snin li għaddew intlaħaq għaliex permezz ta’ dawn l-attivitajiet il-Kunsilli Lokali qed jgħinu fit-tisħiħ tal-prodott turistiku li joffru l-gżejjer Maltin, qed jattiraw turisti lejn lokalitajiet li normalment ma jattirawx wisq turisti lejhom, u qed jestendu l-attivitajiet għax-xhur kollha tas-sena b’mod partikolari fix-xhur tax-xitwa.
Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent ul-Kultura, Mario de Marco qal li l-attività li se tkun organizzata Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-Floriana hija pożittiva għaliex tikkumplimenta l-Pjan Nazzjonali għat-Turiżmu li jipproponi li jsiru inizjattivi biex it-turiżmu ma jkunx ikkonċentrat f’żona waħda imma mifrux fi diversi bliet u rħula madwar Malta u Għawdex.
L-attività qed tgawdi wkoll minn għajnunafinanzjarja permezz ta’ skema mmexxija mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali. Permezz ta’ din l-iskema qed ikun aċċertat li l-poplu Malti jgawdi minn attivitajiet u proġetti li jsaħħu l-għarfien dwar lokalità partikolari, tenna Mario de Marco.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dawnl-attivitajiet qed ipoġġu diversi bliet u rħula fuq il-mappa turistika ta’ pajjiżna għaliex jipproġettaw l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet ta’ dawn il-lokalitajiet. Hu qal li diversi attivitajiet li jiġu organizzati f’Diċembru huma marbuta mal-Milied u l-Ewwel tas-Sena li għal Maltin u l-Għawdxin hu perjodu ta’ festi li għandhom ukoll rabta fil-qrib mat-twemmin reliġjuż tagħna, il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow