AKTAR MINN 400 DELEGAT BARRANI GĦAT-TMIEN EDIZZJONI TAL-MALTA INTERNATIONAL FOLK FESTIVAL
pr2391
23/12/2010
| It-tmien edizzjoni | tal-Malta International Folk Festival se tlaqqa’ madwar 420 delegat jew parteċipant barrani minn disa’ pajjiżi differenti. Dan il-festival se jkun organizzat bejn it-28 u t-30 ta’ Diċembru mill-Kunsilli Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ, Ħal Tarxien u Bormla. |
| Id-dettalji ngħataw | waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said flimkien mas-Sindki rispettivi tal-istess lokalitajiet. |
| Il-parteċipanti fil-festival | ġejjin minn Franza, l-Italja, Sqallija, l-Armenja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Sri Lanka, il-Litwanja, il-Greċja u l-Indja. Bejniethom dawn se jipprovdu 12-il grupp folk differenti. |
| Il-festival | jippromwovi l-arti, il-kultura u l-ħiliet tradizzjonali fil-qasam tal-performing arts. L-għan tiegħu hu li jwessa’ l-għarfien tat-tradizzjonijiet u l-kulturi ta’ pajjiżi differenti. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li dan il-festival għandu jservi bħala riklam eċċellenti għal Malta. Dan għaliex se jkun hawn f’Malta numru ta’ ġurnalisti u rappreżentanti tal-media ta’ dawn il-pajjiżi kollha li se jirrappurtaw dak li se jkun qed jiġri. |
| Fl-attivita’ se jsiru | tliet defiles f’jiem differenti fit-tliet lokalitajiet Maltin li qed jorganizzawh. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said fakkar li bl-iskema Inizjattivi u Attivitajiet 2011, il-Gvern se jkun qed jgħaddi mal-kwart ta’ miljun ewro lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw attivitajiet fil-lokalitajiet tagħhom. L-inizjattiva tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ, Ħal Tarxien u Bormla hi propju waħda minn dawn. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003