IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN IKKONTRIBWIXXA €380,000 GĦALL-IŻVILUPP TA’ PAJJIŻI FOQRA FL-2010
| Matul | din is-sena, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ikkontribwixxa s-somma ta’ madwar €380,000 f’għajnuna għall-iżvilupp ta' pajjiżi foqra u fil-bżonn. |
| Permezz | tal-Fond ta’ Assistenza għall-Iżvilupp Barrani, il-Ministeru ikkontribwixxa €330,000 għal diversi proġetti, fosthom għen lil madwar 16-il għaqda karitattiva f’Malta biex iwettqu proġetti ta’ fejda f’pajjiżi foqra. Flimkien ma’ din l-għajnuna, il-Ministeru għen ukoll b’kontribuzzjoni ta’ € 50,000 lill-Flash Fund tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Haiti. |
| Fost | l-għaqdiet lokali li bbenefikaw minn din l-għajnuna insibu: |
· Lis-Sorijiet Missjunarji tal-Karità fl-Indja; b’għajnuna biex jinxtraw materjal għat-taħrig u t-tagħlim
· Lill-Għaqda ‘Kull Bniedem Ħija’ li qed twettaq xogħol missjunarju fil-Kenja
· Lill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni bi proġett ta’ Ċentru ta’ Studju fl-Etijopja
· Lill-Mission Fund (Malta) bi proġett fit-Tanzanija ta’ bini ta’ faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni
· Lid-Daughters of Sacred Heart għat-tkomplija ta’ proġett ta’ skola fit-Tanzanija
· Lill-Parroċċa Marija Addolarata – San Pawl il-Baħar biex isir ċentru għal dawk morda bl-Aids f’Tamil Nadu fl-India
· Lill-CAMYouths, għall-estensjoni ta’ skola f’Lahore fil-Pakistan
· Lill-SOS Malta għall-proġett ta’ ġbir ta’ ilma f’Namagoma fl-Uganda
· Lill-St Jeanne Antide Foundation għal proġett ta’ klinika f’Chak fil-Pakistan
· Lill-Fr. Anton Grech għall-proġett ta’ Fish Farm fil-parroċċa ta’ Izabal fil-Gwatemala
· Lill-Missjoni Etijopja għall-proġett ta’ Housing fl-Etijopja.
· Lill-Signum Fidei Malta biex jgħinu fi proġett ta’ edukazzjoni għat-tfal milquta mill-gwerra ċivili fis-Sri Lanka
· Lill-Kopin għall-proġett ta’ ċentru Mediku fl-Etijopja
· Lill-Inizjamed biex jgħinu tlett istituzzjonijiet edukattivi f’Nairobi fil-Kenja
· Lill-Fr. Nicholas Schembri Farrugia MSSP għall-proġett ta’ estensjoni tal-parroċċa b’faċilitajiet għaż-żgħażagħ u t-tfal fil-Perù
· Lis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl għal proġett ta’ ċentru ta’ formazzjoni għaż-żgħażagħ fil-Filippini
· Lill-Aldea Infantil Sagrada Familia għal proġett ta’ dormitorju għat-tfal fil-Peru
Dawn il-proġetti saru wara espressjoni ta’ interess ippubblikata fil-bidu tas-sena u proċess ta’ verifikar u għażliet tal-applikazzjonijiet.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003