Left arrow Go Back

ATTIVITÀ F’GĦAWDEX B’RISQ L-ISTRINA...MILL-QALB 2010

pr2376
Date Icon 21/12/2010
Nhar il-Ħadd 26 ta’Diċembru 2010 wara nofsinhar, il-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jorganizza attività bir-roti u bil-mixi b’risq L-Istrina...Mill-Qalb 2010. Matul is-sena din l-entità tgħin ukoll bosta individwi, familji u entitajiet Għawdxin u Maltin.
L-attività ser tibdafis-2.00 p.m. meta ċiklisti Maltin iħallu s-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieħa għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb. Ċiklisti Għawdxin imbagħad jiltaqgħu magħhom ħdejn Dar San Ġużepp f’Għajnsielem (l-istitut ta’ San Ġużepp) fit-3.15 p.m. filwaqt li oħrajn jistgħu jingħaqdu magħhom bil-mixi jew bir-rota, minn Pjazza Savina, Victoria fl-3.45 p.m. Mal-wasla ħdejn is-Santwarju ta’ Pinu, il-parteċipanti kollha ser jingħataw biċċa minn kejk kbir ħafna li ser isir minn studenti li qed jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala.
Iċ-ċiklisti Maltin liser jipparteċipaw f’din l-attività ser jaqsmu lejn Għawdex u lura b’xejn, bil-kollaborazzjoni tal-kumpanija Gozo Channel. Ser jiġi organizzat ukoll trasport lura minn Ta’ Pinu.
Kull parteċipant qedjiġi mħeġġeġ li jagħti donazzjoni żgħira ta’ €5 b’risq L-Istrina...Mill-Qalb 2010.
Minbarra din l-attività,fit-3.00 p.m. ser jingħata bidu għall-programm tal-Istrina minn Għawdex fejn l-aqwa bands Maltin u Għawdxin ser itellgħu kunċert taħt it-tinda fi Pjazza Indipendenza f’Victoria. Dan il-programm ser jibqa’ għaddej sa tard filgħaxija fejn għal ħabta tas-7.15 p.m. l-E.T. il-President George Abela huwa mistenni jingħaqad ma’ dawk li jkunu preżenti. Dan il-kunċert ser ikun f’kollegamenti diretti fuq kull stazzjon waqt l-Istrina.

Sabiex tikseb aktar dettalji jew biex tirreġistra s-sehem tiegħek tista’ ċċempel fl-Uffiċċju tal-Kultura fuq 22156700 jew tibgħat email fuq info@gozoculture.com.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow