SEJĦA GĦAL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI U ESPRESSJONI TA’ INTERESS TAĦT IL-PROGRAMM ESPON 2013
| Id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni | tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jinforma lill-partijiet kollha interessati dwar it-tnedija tas-Sejħa li jmiss għall-Proposti u l-Espressjoni ta' Interess fl-ambitu tal-Programm ESPON 2013. |
| Il-Programm ESPON 2013 huwa kofinanzjat mill-Fond | Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (75%), l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi msieħba li huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Isvizzera. L-għan ta’ dan il-programm hu li jkun ta’ sostenn għall-iżvilupp tal-politika f’dak li għandu x’jaqsam mal-koeżjoni territorjali u l-iżvilupp armonjuż tat-territorju Ewropew. ESPON jgħin l-Iżvilupp tal-Politika ta’ Koeżjoni b’informazzjoni, evidenza, analiżi u xenarji komparabbli mill-Ewropa kollha dwar qafas ta’ kundizzjonijiet għall-iżvilupp tar-reġjuni, bliet u territorji akbar. Il-programm jiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ kapital territorjali u opportunitajiet ta’ żvilupp u b’hekk ukoll jikkontribwixxi biex itejjeb il-kompetittivita’ Ewropea, għat-tkabbir u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għal żvilupp bilanċjat u sostenibbli. |
| Xjentisti, esperti, | rappreżentanti tal-universitajiet, istituti ta' riċerka, u kumpaniji mill-31 pajjiż Ewropew parteċipant huma mistiedna biex jieħdu sehem f'dawn il-proġetti l-ġodda tal-ESPON. |
| Is-sejħa għall-proposti | tiftaħ fl-24 ta’ Jannar 2011 u d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proposti hija l-21 ta’Marzu 2011. |
| Is-sejħa | tinkludi s-segwenti: |
1. Sejħa għal-proposti dwar it-temi fuq ir-Riċerka Applikata (Prijorita’ 1 tal-Programm ESPON 2013). 4 temi, €3,100,000.
| Il-Proġetti | dwar ir-Riċerka Applikata huma definiti tematikament mid-domanda ta' dawk li jfasslu l-politika. Il-Proġetti għandhom isostnu l-iżvilupp tal-politika permezz ta’ informazzjoni komparabbli miġbura u evidenza dwar id-dinamika, l-potenzjali u l-isfidi territorjali minn madwar l-Ewropa kollha li jiffukaw fuq opportunitajiet ta’ żvilupp għar-reġjuni u l-ibliet. |
| Il-proġetti se | jindirizzaw it-temi ta’ Riċerka Applikata li ġejjin: |
Sejħiet għall-Proposti fuq ir-Riċerka Applikata taħt il-Prijorita’ 1 | Baġit Disponibbli |
Reġjuni Ewropej: Kontribuzzjoni potenzjali għall I-istrateġija UE 2020 | €400,000 |
Xenarji Territorjali u Viżjonijiet għall-Ewropa | €1,200,000 |
Potenzjali Territorjali għal-Ekonomija aktar ekoloġika | €750,000 |
Governanza Territorjali – L-Aħjar Prattiċi għall-Perspettivi Ġodda | €750,000 |
2. Sejħa għal Proposti fil-Pjattaforma Xjentifika tal-ESPON (Prijorita’ 3 tal-Programm ESPON 2013). €598,000.
| Il-Pjattaforma | Xjentifika (Prijorità 3 tal-Programm ESPON) tirrappreżenta element ewlieni fil-bażi ta' għarfien li qed jinħoloq mill-ESPON. Il-Proġetti li jitwettqu għandhom jikkontribwixxu b’fatti konkreti u metodoloġiji li se jappoġġjaw l-evidenza ta' kwalità fil-proċessi ta’ żvilupp tal-politika. Barra minn hekk, għandhom jikkontribwixxu għall-bini ta' datasets, indikaturi u għodda Ewropej li jikkostitwixxu bażi għall-komunità xjentifika fil-qasam tax-xjenza territorjali Ewropea. |
| B’sostenn | għall-Pjattaforma Xjentifika tal-attivitajiet tal-ESPON, is-Sejħa għal Proposti tkun miftuħa ghal proġett wieħed b’din it-tema: |
- Sistema ta’ Sorveljanza u Rapportaġġ Territorjali tal-UE
Id-dokumentazzjoni kollha relatata mas-sejħiet, flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet tal-proġetti, il-proċedura għall-applikazzjoni, ir-regoli tal-eliġibilita’, il-kriterji tal-evalwazzjoni u l-materjal li għandu jiġi sottomess, se jkunu disponibbli fuq s-sit elettroniku tal-ESPON (www.espon.eu) mill-24 ta’ Jannar 2011.
Benefiċjarji potenzjali għal din is-sejħa huma entitajiet pubbliċi u privati.
Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet tista’ tinkiseb mis-siti elettronici li ġejjin: <www.espon.eu/main/Menu_Calls/Menu_Calls/Menu_Pre-Announcement/PreAnnouncementCallJan11.html>; < www.ppcd.gov.mt>, jew billi wieħed jikkuntattja lid-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fuq info.ppcd@gov.mt.
| B’konnessjoni mas-sejħa | għall-applikazzjonijiet, il-Programm ESPON 2013 qed jorganizza Jum ta’ Informazzjoni u Partner Cafe’ fil-10 ta' Frar 2011 fi Brussell. |
| Hemm żewġ skopijiet għal Jum ta’ Informazzjoni | u l-Partner Cafe’: |
1. Biex jgħinu t-tnedija tas-sejħiet billi jipprovdu informazzjoni dwar l-oqsma ta’ riċerka u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi l-opportunitajiet ta’ finanzjament ġdid;
2. Biex jippromwovu l-possibilitajiet tan-networking bejn l-imsieħba potenzjali tal-proġetti u biex jispiraw proġetti ġodda fuq it-tema prinċipali proposta għall-avveniment.
L-avveniment huwa miftuħ għall-benefiċjarji potenzjali kollha interessati li jsiru jafu aktar dwar l-opportunitajiet biex wieħed jieħu sehem fl-attivitajiet tal-proġetti ESPON.
Ir-reġistrazzjoni online għall-Jum tal-Informazzjoni u l-Partner Cafe’ hija miftuħa fuq is-sit elettroniku tal-ESPON: (http://www.espon.eu/main/Menu_Events/Menu_InfoDays/infoday110210.html).
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003