Inawgurat il-Milied tas-Sliem f’Tas-Sliema
pr2366
18/12/2010
| Iċ-ċentru | kummerċjali f’Tas-Sliema, fi tmiem il-ġimgħa, qed ikun iċ-ċentru ta’ attivita’ tal-Milied organizzata mill-Kunsill Lokali bit-titlu ‘Milied tas-Sliem’. L-attivita’ hi waħda min-numru kbir ta’ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali f’dan il-perjodu tas-sena bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali. |
| Is-Segretarju Parlamentari responsabbli | mill-Kunsilli Lokali Chris Said żar l-ewwel serata tal-attivita’ fejn intlaqa’ mis-Sindku ta’ Tas-Sliema Joanna Gonzi u mill-kunsillieri sħabha. |
| L-attivitajiet huma ffukati bejn Triq it-Torri, | Pjazzi Sant’Anna, Triq Bisazza u Tigne’ Point. L-għan tal-Kunsill Lokali hu li jgħaqqad lir-residenti Slimiżi mal-komunita’ kummerċjali fil-lokal biex iżidu l-ispirtu tal-Milied f’Tas-Sliema. |
| Attrazzjoni ewlenija se tkun il-Big Friends Guggen | Musik. Numru ta’ baned Maltin, fosthom l-erba’ baned tal-lokalita, is-Soċjeta Filarmonika Banda Sliema, is-Soċjeta Filarmonika Stella Maris, is-Soċjeta Mużikali San Girgor u s-Soċjeta Muzikali Tal-Karmnu, se jkunu qed idoqqu marċi u għanjiet tradizzjonali tal-Milied, kemm fit-toroq, kif ukoll billi jagħtu sehem fuq l-istage li ntrama’ apposta fi Pjazza Sant’Anna. Għadd ta’ NGO’s se jieħdu sehem f’suq tal-Milied li fih se jbiegħu ikel u affarijiet oħra tradizzjonali. Anki l-Malta Community Chest Fund se tkun involuta. |
| Attivitajiet oħra jinkludu logħob għat-tfal, mima | imtella’ minn Maranatha, ice skating rink u kunċert bis-sehem ta’ numru ta’ kantanti stabbiliti. |
L-attivitajiet jiġu fi tmiemhom il-Ħadd filgħaxija.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003