Left arrow Go Back

Riżultati pożittivi ħafna għas-settur turistiku

pr2365
Date Icon 17/12/2010
Fl-ewwelgħaxar xhur ta’ din is-sena żaru pajjiżna 1,199,745 turist li qattgħu aktar minn 10 miljun lejl f’Malta u nefqu aktar minn biljun ewro (€1,034,000,000). Dan hu l-ikbar numru ta’ turisti li qatt żaru Malta għall-ewwel għaxar xhur tas-sena. Hi ukoll l-ikbar nefqa qatt reġistrata mit-turisti għall-istess perijodu. Dawn ir-riżultati, ma ġewx b’kumbinazzjoni imma huma riżultat ta’ deċiżjonijiet għaqlija fost l-oħrajn biż-żieda ta’ titjiriet minn u lejn destinazzjonijiet ġodda u b’investiment fil-prodott turistiku lokali. Id-deċiżjonijiet tal-Gvern fil-qasam turistiku huma ggwidati wkoll mit-twemin li l-profitibilita’ tal-operaturi turistiċi tiddependi miż-żieda fin-numru ta’ turisti li jżuru pajjiżna.
L-MHRAtennew fi stqarrija maħruġa minnhom li l-industrja tat-turiżmu kienet inkorraġita mir-riżultati qawwija tas-sajf li għadda u temmen li dawn ir-riżultati kienu ta’ sodissfazzjon kbir għal dawk kollha li ħadmu biex ikun hemm iż-żieda fis-seats f’rotot li ma kienux servuti biżżejjed mil-linji tal-ajru.
Il-UNTWO World Tourism Barometerirraporta riżultati eċċellenti fis-settur turistiku Malti minkejja ewro f’saħħtu, id-dipendenza qawwija ta’ Malta fuq it-trasport bl-ajru u s-suq Ingliż. Ir-rapport jinnota li sa Settembru n-numru ta’ turisti żdiedu bi 13 fil-mija. Iktar sinifikattiv hu li d-dħul tela’ bi 15 fil-mija, li juri li l-fatt li Malta rpiljat din is-sena ma jistax jiġi attribwit għal tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet, kif ġara f’xi destinazzjonijiet oħra.
It-turiżmu rkupra primarjament minħabba l-isforzikonsistenti tas-settur pubbliku u privat li ħadmu flimkien u b’mod proattiv biex jiddiversifikaw is-swieq u l-prodotti u biex jinvestu fil-marketing u fil-promozzjoni tal-gżejjer Maltin b’mod iktar effettiv.
Il-EuropeanToursim 2010, rapport maħruġ mill-European Travel Commission (ETC), f’Ottubru li għadda, juri b’mod ċar, s-suċċess ta’ Malta fl-industrja turistika. Malta hija l-pajjiz bit-tieni l-akbar tkabbir perċentwali fin-numru ta’ turisti minn fost il-pajjiżi kollha Ewropej. Malta kienet ukoll fit-tieni post fiż-żieda perċentwali fin-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu fil-pajjiż. Mir-rapport joħroġ ukoll li minn stħarriġ imwettaq mill-kumpannija ta’ benchmarking internazzjionali l-STR Global, matul l-2010, il-lukandi Maltin irreġistraw it-tieni l-aktar żieda b’saħħitha fl-Average Daily Rate imħallsa fuq l-kmamar meta mqabbla mas-sena 2009, minn fost l-pajjiżi Ewropej kollha. Konna fl-ewwel post, f’żieda perċentwali fin-numru ta’ turisti Taljani fuq is-sena l-oħra.
Dawnir-riżultati – li huma wkoll l-aqwa fost il-pajjiżi kompetituri tagħna fil-Mediterran –  stajna niksbuhom għaliex fil-ħidma tiegħu favur l-industrja tat-turiżmu, il-Gvern ikkonsulta  dejjem mal-istakeholders kollha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow