IMPENN FAVUR IT-TISĦIĦ TAL-FIDUĊJA BEJN IL-KONSUMATURI U N-NEGOZJI
pr2363
17/12/2010
| Il-Gvern qed iħeġġeġ | aktar kumpaniji jilħqu livelli ogħla ta’ kwalita’ fl-immaniġġjar u jiksbu ċertifikazzjoni sabiex juru s-serjeta’ u l-professjonalita’ li biha jħaddmu l-operat tagħhom. B’hekk ikunu qed jilħqu wieħed mill-miri li għalihom se tkun stabbilita l-Awtorita’ Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur – dik li tissaħħaħ il-fiduċja bejn il-konsumatur u n-negozji. L-abbozz ta’ liġi li jwaqqaf din l-Awtorita’ mistenni jitressaq għat-Tieni Qari fil-Parlament f’nofs Jannar li ġej. |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta Chris Said meta ppreżenta ċ-ċertifikazzjoni MSA EN ISO 9001 lill-kumpanija Emmanuel Delicata Winemaker Ltd. |
| Chris Said qal li | l-Malta Enterprise qed tpoġġi fondi għad-dispożizzjoni ta’ dawk il-kumpaniji li jridu jhejji ruħu biex jakkwistaw iċ-ċertifikat ISO 9001. Dan jinħareġ lil dawk il-kumpaniji li jkollhom sistemi ta’ immaniġġjar ta’ kwalita’. Konsumaturi li jixtru servizzi jew prodotti minn kumpaniji li jkollhom ċertifikazzjoni bħal din, ikunu qed iserrħu moħħhom li dawn ikunu professjonali u trasparenti f’ħidmithom. |
| Bil-kisba tal-ISO | 9001, Emmanuel Delicata Winemaker Ltd ingħaqdet ma’ aktar minn 400 kumpanija f’Malta u f’Għawdex li għandhom din iċ-ċertifikazzjoni. L-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA) bdiet toħroġ din iċ-ċertfikazzjoni madwar sentejn ilu u sa issa diġa tatha lil 35 kumpanija. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li m’huwiex faċli li kumpanija tikseb iċ-ċertifikat ISO 9001, aktar u aktar jekk din tkun topera fil-qasam tal-ikel u x-xorb. Minbarra r-rekwiżiti normali, il-kumpaniji f’dan il-qasam ikunu jinħtieġu li jikkonformaw mal-obbligi regolatorji ta l-iġjene. “Wieħed jista jifhem x’impenn kbir trid tagħmel kumpanija fil-qasam tal-ikel biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-istandard. Huwa għal din ir-raġuni li ma ssibx ħafna kumpaniji fil-qasam tal-ikel li għandhom dan iċ-ċertifikat jew ċertifikat ekwivalenti. Huma ħafna li jgħidu li huma organizzazzjoni ta’ kwalita’ iżda mbagħad jibżgħu li joqogħdu għall-assessjar min organizzazzjoni indipendenti. Mhux hekk għamlet il-kumpanija Emmanuel Delicata Winemaker Ltd” qal Chris Said. Hu dritt ta’ kull kumpanija li minn jeddha titlob li jsirulha l-verifiki neċessarji biex ikun stabbilit jekk tilħaqx dawn il-livelli ta’ kwalita’. Sabiex tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni, l-uffiċjali tal-MSA jagħmlu verifiki dwar is-sistemi wżati u dwar il-kompetenza tal-ħaddiema tal-kumpanija. Issir ukoll analiżi ta’ kif jinżammu r-‘records’ u dwar l-imġieba tal-kumpanija lejn il-klienti tagħħa. Dan l-eżerċizzju mhux xi ħaġa ta darba tant li kull sitt xhur, xi drabi anke mingħajr pre-avviż, l-uffiċjali tal-MSA iżuru l-kumpaniji biex jassiguraw li l-istandard ikun qed jitjieb u mhux biss jinżamm. Meta kumpaniji jinstabu li ma jkunux qed iżommu l-istandard, jistgħu jispiċċaw biex jitilfu ċ-ċertifikat. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li din iċ-ċertifikazzjoni issaħħaħ ir-reputazzjoni tal kumpanija mal-konsumatur. Li kumpanija jkollha ċ-ċertifikazzjoni ISO 9001 jagħmilha aktar attraenti għax iċ-ċertifikat minnu nnifsu jfisser garanzija ta’ kwalita’ mhux biss fis-servizz pprovdut iżda wkoll fil-mod kif topera l-kumpanija. |
| L-Awtorita’ Maltija | għall-Istandards hija l-unika organizzazzjoni Maltija li hi akkreditata biex toħroġ l-ISO 9001. L-interess f’ċertifikazzjonijiet bħal dawn qiegħed dejjem jikber għax ħafna kumpaniji qed jindunaw kemm huwa importanti għalihom li jistabilixxu sistemi ta’ kontroll ta’ kwalita’. Hu stmat li madwar id-dinja hemm aktar minn miljun kumpanija jew organizzazzjoni li għandhom l-ISO 9001. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003