Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja dwar il-miżuri fis-Sigurtà Soċjali mħabbra fil-Baġit 2011

pr2352
Date Icon 16/12/2010
Il-Ministerugħall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja jixtieq ifakkar li fil-baġit għas-sena 2011 tħabbru miżuri fis-sigurtà soċjali fosthom iż-żieda għall-għoli tal-ħajja, tnaqqis fir-rata tal-pensjoni tas-servizz li tkun kunsidrata għal fini tal-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll tibdil fir-rata tal-Allowance Supplimentari.
Dawn il-miżuri għandhomjidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.
Id-Dipartimenttas-Sigurtà Soċjali bħalissa għaddej bl-ipproċessar tal-benefiċċji biex dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ.

·     Il-pubbliku għandu jkun infurmat li fir-rigward tal-Pensjonijiet għar-Romol, iż-żieda fir-rata tal-pensjoni se tingħata mal-pagament tal-pensjoni tal-31 ta’ Diċembru 2010 li jkopri l-perjodu tal-pagament tal-pensjoni mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-28 ta’ Jannar 2011.

Fil-każ tal-bonus għall-għoli tal-ħajja kif ukoll iż-żieda fir-rata tal-pensjoni minħabba  l-miżura tal-Pensjoni tas-Servizz (fejn applikabbli) se toħroġ fil-pagament tal-31 ta’ Diċembru 2010.

·     Il-pubbliku għandu jkun infurmat li fir-rigward tal-Pensjonijiet tal-Età, iż-żieda fir-rata tal-pensjoni se tingħata mal-pagament tal-pensjoni tal-15 ta’ Jannar 2011 li jkopri l-perjodu tal-pagament tal-pensjoni mill-15 ta’ Jannar 2011 sal-11 ta’ Frar 2011.

Fil-każ tal-bonus għall-għoli tal-ħajja kif ukoll iż-żieda fir-rata tal-pensjoni minħabba  l-miżura tal-Pensjoni tas-Servizz (fejn applikabbli) se toħroġ fil-pagament tal-15 ta’ Jannar 2011.

·     Il-pubbliku għandu jkun infurmat li fir-rigward tal-Pensjonijiet għall-Invalidità, iż-żieda fir-rata tal-pensjoni se tingħata mal-pagament tal-pensjoni tat-8 ta’ Jannar 2011 li jkopri l-perjodu tal-pagament tal-pensjoni mit-8 ta’ Jannar 2011 sal-4 ta’ Frar 2011.

Fil-każ tal-bonus għall-għoli tal-ħajja kif ukoll iż-żieda fir-rata tal-pensjoni minħabba  l-miżura tal-Pensjoni tas-Servizz (fejn applikabbli) se toħroġ fil-pagament tat-8 ta’ Jannar 2011.

·     Il-pubbliku għandu jkun infurmat li fir-rigward tal-Pensjonijiet għall-Irtirar, iż-żieda fir-rata tal-pensjoni se tingħata mal-pagament tal-pensjoni tal-24 ta’ Diċembru 2010 li jkopri l-perjodu tal-pagament tal-pensjoni mill-25 ta’ Diċembru 2010 sal-21 ta’ Jannar 2011.

Fil-każ tal-bonusgħall-għoli tal-ħajja kif ukoll iż-żieda fir-rata tal-pensjoni minħabba  l-miżura tal-Pensjoni tas-Servizz (fejn applikabbli) se toħroġ fil-pagament tat-22 ta’ Jannar 2011
Miżura oħra mħabbra lise tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2011 hija ż-żieda tal-għoli tal-ħajja mal-massimu tad-dħul għall-fini tat-test tal-mezzi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow