L-iskart riċiklabbli miġbur nhar ta’ Tlieta żdied b’25 fil-mija
pr2349
16/12/2010
| Permezz | tal-iskema ‘Nirriċiklaw it-Tlieta’, bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena, inġabru 8,700 tunnellata ta’ skart għar-riċiklaġġ li kien separat mill-familji fid-djar tagħhom. Dan ifisser żieda ta’ 25 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. B’kuntrast, l-iskart domestiku li mhux qed ikun separat, naqas b’20 fil-mija. Ta’ interess hu wkoll il-fatt li l-użu tas-Civic Amenity Sites qed jiżdied tant li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, fihom daħlu mat-18,000 tunnellata ta’ skart riċiklabbli. |
| Dan qalu | s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said meta lbieraħ filgħaxija tkellem waqt il-Green Awards, serata organizzata mill-kumpanija Green MT u li matulha kienu ppremjati l-Kunsilli Lokali li l-aktar jieħdu inizjattivi ambjentali b’mod partikolari biex jinġabar skart u skart riċiklabbli fil-lokalitajiet tagħhom. Green MT tħaddem is-sistema tal-ġbir tal-iskart f’41 lokalità fil-gżejjer Maltin. |
| Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop irċieva l-ewwel | premju għax ġabar 66kg ta’ skart ir-ras f’sena. Ta’ Xbiex b’65kg u Birkirkara b’46kg rebħu t-tieni u t-tielet premju rispettivament. Ingħataw ukoll rikonoxximenti lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u lir-Reġjun Għawdex fost l-oħrajn. |
| Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari Chris | Said feraħ lill-Kunsilli Lokali rebbieħa u qal li dawn għandhom ikunu ta’ eżempju kemm għal Kunsilli Lokali oħra kif ukoll għar-residenti tagħhom. |
| Chris | Said semma deċiżjonijiet diffiċli iżda għaqlija li ttieħdu mill-Gvern fis-snin li għaddew biex jiżdied il-ġbir tal-iskart separat li jmur għar-riċiklaġġ, biex tiżdied il-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa u biex jonqos it-tniġġiż fl-arja. Fost l-oħrajn ingħalqu l-miżbliet tal-Magħtab, tal-Qortin f’Għawdex, oħrajn kienu riabilitati, bdiet titħaddem b’suċċess strateġija ħolistika għall-immaniġġjar tal-iskart, tlesta il-proġett tal-impjant għat-trattament tal-iskart fl-Impjant ta’ Sant’Antnin fejn qed ikun riċiklat terz tal-iskart kollu mormi fil-gżejjer Maltin. Barra minn hekk, il-Gvern ilu s-snin jinċentiva organizzazzjonijiet, kumpaniji, kunsilli lokali u anki familji u individwi biex jinvestu f’tagħmir li jipproduċi enerġija nadifa. |
| Dawn | id-deċiżjonijiet u l-inċentivi kollha qed iwasslu biex qed fil-gżejjer Maltin qed jiżdied il-konsum ta’ enerġija li tħammeġ anqas, u qed jinħolqu mijiet ta’ green jobs. B’dawn l-inizjattivi u oħrajn Malta se tkunu qed tilħaq il-mira stabbilita mill-Unjoni Ewropea biex sal-2020 it-tniġġiż fl-arja jonqos b’20 fil-mija. Chris Said semma kif numru ta’ Sindki Maltin u Għawdxin, aktar kmieni din is-sena, kienu fost mijiet ta’ Sindki Ewropej oħra li ffirmaw il-Patt tas-Sindki u wegħdu li anki huma jagħtu l-kontribut tagħhom biex din il-mira tintlaħaq. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003