Left arrow Go Back

STUDENTI GHAWDXIN JIRCIEVU CERTIFIKATI MARBUTA MA’ INIZJATTIVA MNEDIJA FIL-CAREERS IN TOURISM WEEK

pr2348
Date Icon 15/12/2010
Ħames studenti lijattendu l-ħames sena fl-iskola sekondarja tas-subien ġewwa r-Rabat Għawdex irċevew ċertifikati għas-sehem tagħhom f’inizjattiva mnedija matul il-Careers in Tourism Week li ġiet organizzata aktar kmieni din is-sena. Din il-ġimgħa ta’ attivitajiet ġiet mtella’ għat-tieni sena permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura.
L-istudenti li rċevewiċ-ċertifikati ħadu sehem f’inizjattiva li tnediet waqt il-ġimgħa ta’ attivitajiet. Huma ppreżentaw xogħol li jinkludi ritratti u materjal ieħor li huma kkumpilaw waqt żjajjar jew ‘trails’ li ġew organizzati fi stabilimenti turistiċi differenti madwar Għawdex. Dawn it-trails kellhom l-għan li jesponu opportunitajiet ta’ karrieri differenti offruti fis-settur turistiku billi jagħtu okkażjoni għall-kuntatt dirett bejn l-istudenti u stabilimenti li joffru servizzi ta’ akkomodazzjoni jew servizzi  turistiċi oħra fil-gżira ta’ Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex,l-Onor Giovanna Debono faħħret il-parteċipazzjoni u l-interess li wrew dawn l-istudenti u ħeġġithom biex jieħdu l-opportunitajiet li qed jiġu offruti lilhom fil-qasam edukattiv kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Hija spjegat kif il-Ministeru għal Għawdex jagħti prijorità biex jiżdiedu l-faċilitajiet ta’ tagħlim u taħriġ f’Għawdex anke wara l-iskola sekondarja. Il-Ministru Giovanna Debono rreferiet għall-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala li qed ikompli joffri korsijiet relatati mas-settur turistiku kemm lil dawk l-istudenti li jkunu temmew l-edukazzjoni sekondarja kif ukoll lill-parteċipanti li diġa’ jaħdmu jew jixtiequ jibdew karriera fis-settur turistiku.
Għall-preżentazzjonitaċ-ċertifikati attendew ukoll is-sur Josef Formosa Gauci, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u uffiċjali oħra  minn din l-Awtorità flimkien ma’ rappreżentanza tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u l-Kap tal-Iskola Sekondarja tas-Subien ta’ Victoria Għawdex, fejn saret il-preżentazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow